Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 2
Ħafna nies fid-dinja jħossuhom waħedhom. Għalhekk hu importanti kemm għas-soċjeta’ kif ukoll għall-iskola tagħna li titgħallem taħdem ma’ oħrajn ġo tim u li nibnu komunita’ flimkien.
Riflessjoni
Slide 3
Meta taħdem f’tim jew ma’ grupp titgħallem kif għandek iġġib ruħek mal-oħrajn, titgħallem tisma’ lil ħaddieħor, tikkomunika l-ideat u l-opinjonijiet tiegħek u tirrispetta l-opinjonijiet u l-opinjonijiet ta’ ħaddieħor anke meta ma taqbilx magħhom.
Slide 4
F’tim, kull persuna għandha rwol importanti.
Slide 5
Bħala membru ta’tim, ma tistax tħalli x-xogħol iebes għal ħaddieħor imma trid titgħallem tkun responsabbli u tagħmel dmirek. Fi grupp nistgħu nitgħallmu ninnegozjaw, inċedu u nilħqu kompromess meta ma naqblux.
Tim isir komunità meta l-membri tiegħu jieħdu ħsieb xulxin, jappoġġjaw u jgħinu lil xulxin.
Vidjo
Slide 6
Ejjew naraw dan il-filmat dwar is-solidarjetà:
Talba
Slide 7
O Alla, għinna nitgħallmu kif naħdmu tajjeb flimkien ħalli nisimgħu b’rispett lil xulxin, naqsmu t-talenti, il-ħiliet u l-ideat tagħna u napprezzaw il-kwalitajiet tajbin ta’ kull persuna. Għinna biex inkunu ġentili u naċċettaw il-bżonnijiet ta’ ħaddieħor sabiex inkunu nistgħu nagħmlu differenza u nġibu paċi ferrieħa lid-dinja. Ammen.