English

Introduzzjoni

Matul ix-xahar ta’ Novembru, imma speċjalment fit-2 jum ta’ Novembru aħna niġu mistiedna niftakru fil-qraba u l-ħbieb tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Mod tajjeb kif nagħmlu dan huwa billi nżuruhom fiċ-ċimiterju u npoġġulhom fjuri u nixegħlulhom xemgħa fuq il-qabar.

Riflessjoni

Aħna, persuni, niddependu minn xulxin. Il-qaddisin li niċċelebraw fl-ewwel ta’ Novembru jitolbu ’l Alla għalina l-bnedmin li għadna qegħdin ngħixu fid-dinja. Mill-banda l-oħra, l-erwieħ ta’ dawk li mietu fil-fidi jiddependu fuqna , fuq l-imħabba, it-talb, u l-azzjonijiet tajba tagħna għall-mistrieħ ta’ rwieħhom.

Attività/Logħba

Tagħmir – xemgħa għal kull klassi.

Ixgħel ix-xemgħa. Waqt li qed tagħmel hekk, saqsi lit-tfal biex jaħsbu f’xi tifkira sabiħa ta’ xi qarib jew ħabib minn tagħhom li miet.

Ix-xemgħat aktar tard jistgħu jiġu offruti matul l-offerta tal-quddiesa ta’ Novembru li tiġi ċċelebrata fl-iskola, jew tifel minn kull klassi jżomm xemgħa u jieħu parti fil-proċessjoni tal-bidu tal-quddiesa u jpoġġiha fuq l-altar.

Vidjo Klipp

L-Għid tal-Imwiet: https://www.youtube.com/watch?v=SqstJiUzMs8

Talba

O Mulej, saħħaħ it-tama tagħna li l-qraba u l-ħbieb tagħna jieħdu sehem fil-qawmien Tiegħek. Ammen.

On the 2nd of November, we celebrate the memory of the deceased. We are asked to think of them by cherishing their memories with us and to pray for their souls.

Reflection

Having a feast like this may sound a bit dismal or scary. But for the faithful, it should not be. This feast should serve as a valuable reminder of who we are and what we are made for. Celebrating All Souls’ Day is one way to never forget those who have gone before us. This feast was officially approved by Rome in the fourteenth century, and eventually, the whole month of November became the month to pray, especially for the faithful departed.

Activity

Students will write to names of two deceased persons they know. Then the animator collects them and will be part of the offerings during the mass celebrated at school for All Souls’ Day. (templated attached)

Video Clip

(one can show the video clip without sound too for personal meditation)

Prayer

Dear Lord, we pray for the souls of our families and friends who passed away. May they rest in peace, and may we see them again someday. Bless with your courage those people who are mourning loved ones at this time. Amen.

Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/Waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti!

Nilqgħukom għar-riflessjoni tal-lum fuq it-tema li ngħixu l-imħabba permezz tal-memorja tal-oħrajn. Aħna li nimxu wara Kristu, aħna msejħin biex niftakru u nagħtu ġieh lil dawk li telqu qabilna, billi ngħożżu l-memorja ta’ ħajjithom, u billi nħaddnu l-imħabba li qasmu magħna. Illum ser niflu l-qawwa tal-memorja u kif din tista’ tnebbaħna biex ngħixu ħajjitna fil-milja tal-imħabba.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw dan il-vidjo klipp qasir bit-titlu:

Stuff we did, Pixar’s Up

Animatur: Hux dan kien vidjo li jħalli ħafna effett? Jiddeskrivi b’mod sabiħ il-memorja tal-għeżież maħbuba tagħna li ħallewna. Issa, noqogħdu ftit nirriflettu fuq dak li għadna kif rajna u niddiskutu kif nistgħu napplikaw dawn it-tifkiriet għal ħajjitna.

Minuta silenzju

L-animatur jistieden lill-istudenti jagħmlu minuta silenzju u jaħsbu f’xi membri tal-familja, ħbieb jew saħansitra qaddisin li telqu qabilna.

Riflessjoni

F’ħajjitna, niltaqgħu ma’ ħafna persuni li jħallulna effetti dejjiema fuq qalbna. Dawn jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb, u saħansitra qaddisin li telqu qabilna. Fit-tnejn ta’ Novembru, niċċelebraw il-memorja tagħom u nitolbu għal ruħhom. Billi ngħożżu ħajjithom u nħaddnu l-imħabba li qasmu magħna, kif ukoll l-għerf tagħhom, aħna nkomplu ngħixu l-imħabba permezz tal-memorji tagħhom li jixprunaw ħajjitna biex tkun mimlija bl-imħabba.

Il-Bibbja tħeġġiġna niftakru fil-fidi ta’ dawk li ġew qabilna, kif naqraw f’Lhud 13, 7:

“Iftakru fil-mexxejja tagħkom, dawk li kellmukom fuq il-kelma t’Alla. Irriflettu fuq ir-riżultat tal-mod tal-ħajja tagħhom u imitaw il-fidi tagħhom.”

Dan il-vers ifakkarna fl-importanza li nirriflettu fuq il-ħajjiet ta’ dawk li telqu qabilna, u nitgħallmu mill-eżempji tagħhom, waqt li nħallu l-memorja tagħhom tispirana fil-mixja tagħna ta’ fidi.

Attività: Kaxxa tal-Memorja

L-animatur jistieden lill-istudenti joħolqu kaxxa tal-memorja biex jiċċelebraw il-memorja ta’ xi għażiż maħbub minn tagħhom li telaq qabilhom.

Aħseb f’xi għażiż maħbub li telaq qabilna, u ċċelebra s-sbuħija ta’ ħajtu jew ħajjitha billi toħolqu kaxxa tal-memorja. Wieħed jista’ jiġbor xi oġġetti mimlija sinifikat bħal ritratti, kartolini, biljett, disinni, oġġetti ta’ valur żgħir li jintlibsu fuq il-ħwejjeġ, jew suvenirs li għandhom valur sentimentali. Wieħed jista’ jikteb xi kwotazzjonijiet jew frażijiet illi dik il-persuna kienet tgħid, jew tirrakkonta xi storja tad-daħk f’tifkira tiegħu.

Mistoqsijiet

L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet sabiex l-istudenti jieħdu sehem.

  1. Kif nistgħunagħtu ġieħ lill-memorja tal-maħbubin tagħna jew ta’ dawk meqjusin min-nies bħala mudelli fil-ħajja tagħna ta’ kuljum?
  2. B’liema modi nistgħu ngħaddu l-lezzjonijiet li tgħallimna minn għandhom lill-ġenerazzjonijiet futuri?
  3. Hemm xi qaddisin partikolari jew individwi ġejjin mit-tadizzjoni kattolika li l-memorja tagħhom tispirak? Kif jinfluenzaw il-fidi tiegħek jew il-mod kif tifhem it-tifsira tal-imħabba?

L-animatur jistieden lill-istudenti biex jew jiddiskutu dawn il-mistoqsijiet ma’ student ieħor jew jiktbu ħsibijiethom għal riflessjoni personali.

L-animatur jagħmel waqfa biex jieħdu sehem l-istudenti.

Talba

Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna u ndawru qlubna lejn Alla aħna u nitolbu.

Għażiż Mulej, waqt li niftakru fil-membri tal-familja, ħbieb u saħansitra qaddisin li telqu qabilna, nirringrazzjawk tad-don tal-memorja. Għinna nħaddnu l-valuri u l-virtujiet tagħhom, waqt li nħallu l-memorja tagħhom tħeġġiġna ngħixu ħajjitna mimlija bil-mogħdrija, dħulija u sens ta’ altruiżmu.

Konklużjoni

Animatur: Grazzi, kulħadd, talli ngħaqaddtu magħna llum f’din ir-riflessjoni fuq kif tgħix l-imħabba permezz tal-memorja tal-oħrajn. Jalla nġorru l-imħabba u l-għerf ta’ dawk li telqu qabilna ġo qlubna u nħallu l-memorja tagħhom tqanqalna biex inkunu strumenti tal-imħabba t’Alla fid-dinja. Jalla jkollkom jum imbierek!

The Speech That Brought This Entire School To Tears 