Merħba
Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.
Filmat Qasir
L-edukatur jistieden lill-istudenti jaraw vidjo qasir, u warajh issir riflessjoni u talba żgħira.
L-aqwa għaxar kwotazzjonijiet ta’ epitaffji (kliem minquxa fuq lapidi tal-oqbra) iddedikati lil dawk maħbuba.
Riflessjoni
F’ħajjitna niltagħu ma’ ħafna individwi li jħallu fuqna marka dejjiema ġo qalbna. Jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb u saħansitra qaddisin li telqu qabilna. Meta ngħożżu ’l ħajjithom, u ngħannqu l-imħabba u l-għerf li kienu jaqsmu magħna u mal-oħrajn, aħna nkomplu ngħixu l-imħabba permezz tat-tifkiriet li jħeġġu ’l ħajjitna tkun mimlija bl-imħabba.
Wieħed jista’ jaħseb f’xi għażiż maħbub li ħalliena u niċċelebraw is-sbuħija tiegħu jew tagħha billi noħolqu kaxxa ta’ tifkira. Wieħed jista’ jiġbor oġġetti li jġorru sinifikat bħal ritratti, karta tal-identità, kartolini, ornamenti li l-persuna mejta kienet tilbes, jew xi suvenier li jkollhom valur sentimentali. Wieħed jista’ jikteb xi kwotazzjonijiet jew frażijiet li din il-persuna kienet tgħid, jew jirrakkonta xi aneddotu tad-daħk b’tifkira tiegħu.

Talba
Għażiż Alla, filwaqt li niftakru membri tal-familja, ħbieb u saħansitra qaddisin li telqu qabilna, nirringrazzjawk għad-don tal-memorja. Għinna nħaddnu l-valuri u l-virtujet tagħhom, waqt li nħallu l-memorja tagħhom tispirana li jkollna ħajja mimlija ħniena, ġentilezza u altruwiżmu.