English

Din għalik Miss!
Din għalik Sir!

Tista’ taqra r-riflessjoni t’hawn taħt jew tagħfas il- play’ button biex tismgħha

Kif naraw fil-Ktieb ta’ Koħèlet “kollox għandu żmienu”, 

Is-soltu, dan iż-żmien tas-sena jkun ikkaratterizzat minn lista bla tarf ta’ tħejjija:

  • nżejjnu, 
  • nippreparaw għall-festin tal-klassi, 
  • nixtru r-rigali għat-tfal, 
  • nippjanaw programm speċjali….fil-waqt li norganizzaw l-preparazzjonijiet personali għal dan il-lejl qaddis. 

 Din is-sena, kif diġa rajna, kienet differenti. Huwa żmien li nieħdu pass lura….biex nosservaw u nirriflettu. 

 L-għalliema jinvestu tant ħin biex jagħtu l-isbaħ esperjenza tal-Milied lill-istudenti, li kultant jinsew li l-Milied ġie għalihom ukoll! 

Il-Milied ġie għalik ukoll! It-twelid ta’ Ġesu’ għalik ukoll. 

U billi din is-sena mhux ser nkunu mħabtin bil-festini u avvenimenti, prova ħu ftit ħin sabiex tgħodos fis-sbuħija awtenika ta’ dawn il-festi. 

 Fil-waqt li huwa ħasra li ser niċċaħdu milli naqsmu l-ispirtu tal-Milied flimkien, min-naħa l-oħra jaf jkun żmien li jimbuttana sabiex ninżlu fil-fond tas-sens veru ta’ dawn iż-żminijiet u nsibu l-ispirtu tal-Milied f’ qalbna. 

 Gawdi daż-żmien fis-sempliċita – affarijiet żgħar li jġibu ferħ – l-istess ferħ li Ġesu’ ġab miegħU fit-twelid. Ħu dan il-ferħ u ġorru f’qalbek, u aħseb…kif tista’ taċċetta iżjed paċi ta’ Ġesu’ f’ ħajtek? 

Isma’ l-kelma u ħalliha tidħol f’ qalbek: 

“Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” (Ġwanni 3:16)

English