English

Ħin

30 minuta

L-għan

L-istudenti jirriflettu kif Alla jtina l-paċi u l-ferħ billi jagħmilna reżiljenti.

Kisbiet għat-Tagħlim

L-istudenti jkunu jistgħu jiddefinixxu l-kelma reżiljenza u jorbtuha ma’ kif Alla jagħtina l-fejqan u s-saħħa f’ħajjitna.

 L-istudenti jkunu jistgħu jispjegaw kif Alla jgħinna nindirizzaw l-istress u niffaċċjaw il-futur b’pożittività u kuraġġ.

Riżorsi

Powerpoint, interactive whiteboard

Introduzzjoni

L-ewwel pass

(Slide 1-2) L-animatur jibda billi jirreferi għall-kelma stress fuq slide 2. Ħalli l-istudenti jwieġbu l-mistoqsija: x’jikkawżalek l-istress? Għaliex?

Ikklikkja l-maws biex turi l-animazzjonijiet b’key words dwar fatturi li jqanqlu stress fiż-żgħażagħ,

Żvilupp tal-Lezzjoni

It-tieni pass

(Slide 3) L-animatur jiddiskuti kif nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna billi nistaqsu:

1. Int x’tagħmel meta tkun stressjat?

 2. X’tista‵ tagħmel biex timmaniġġja l-istress aħjar?

3. X’nista’ nagħmel biex ngħix ħajja inqas stressanti?

It-tielet pass

(Slide 4) L-animatur jistaqsi:

  1. Jista’ jgħinek it-talb? Kif?

Titgħallem issib lil Alla f’kull ċirkostanza, f’persuni u avvenimenti f’ħajtek, counsellors reliġjużi jistgħu jappoġġjawk, jgħinuk fil-ħajja tat-talb tiegħek

It-raba’ pass

(Slide 5-6) L-animatur jispjega li l-Madonna, li hija meqjuma mhux mill-Insara, imma minn ħafna reliġjonijiet oħra bħall-Iżlam, hija mara tal-paċi u tista’ tgħinna fil-ħajja tagħna.

Talba

L-animatur jispiċċa b’din il-kanzunetta u jistieden lill-istudenti jirriflettu fuq il-versi u fuq Marija bħala Omm li tgħinna fil-ħajja. (Slide 7)

Ipprintja l-paġna

English