It-tim tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel (SDS) flimkien ma’ membri ta’ prayer spaces reġgħu kkollaboraw flimkien mal-FES u offrew l-esperjenza ta’ spazji ta’ talb lit-tfal li jattendu Skolasajf.

Din is-sena, it-tema ewlenija għal Skolasajf 2022 ġiet imnebbħa mis-slogan ‘Earth Heroes, Unite!’’ Din kienet stedina għal kulħadd biex jingħaqad u jaħdem għal ambjent u soċjetà b’saħħithom. Kienet ukoll opportunità biex tispira lit-tfal biex ikunu ċittadini li jieħdu ħsieb il-komunità tagħhom u l-ambjent li jgħixu fih.
Postijiet
L-ispazji ta’ talb ġew offruti f’żewġ postijiet differenti. Fit-2, 3, u 4 ta’ Awwissu l-ispazji ta’ talb ġew armati fil-ġmiel tal-kampanja tul il-mhedda tal-Wied tal-Lunzjata ġewwa Kerċem, Għawdex u matul il-ġimgħa ta’ wara mit-8 sat-12 ta’ Awwissu ġewwa l-Portiku tal-Kappella tal-Madonna tal-Providenza ġewwa s-Siġġiewi.
10 Spazji ta’ Talb
It-tim tal-Iżvilupp Spiritwali fl-iskejjel (SDS) ħoloq għaxar spazji ta’ talb relatati mat-tema ewlenija ta’ Skolasajf ‘Earth Heroes, Unite’.
Ċentri ta’ Skolasajf li pparteċipaw
F’Malta, iċ-Ċentri li pparteċipaw fl-ispazji ta’ talb kienu Qormi San Bastjan, Rabat, Siġġiewi, Luqa, Żebbuġ, Mqabba, Żurrieq, Dingli, Ħamrun SĠP (ĠP) u Mosta.
F’Għawdex, iċ-ċentri li pparteċipaw kienu Xagħra (Żebbuġ u Għarb), Qala (Nadur), Sannat, Victoria (Kerċem u San Lawrenz) u Xewkija.
Grazzi!


It-tim tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel huwa grat lejn is-Sinjura Therese Ellul, Manager (PDDI) u s-Sinjur Justin Balzan Programme Coordinator – Programmes (PDDI) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tal-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom. Kelma ta’ ringrazzjament ukoll lill-koordinaturi taċ-Ċentri, play workers, ħaddiema pastorali u edukaturi li akkumpanjaw lill-gruppi ta’ tfal matul l-esperjenza ta’ spazji ta’ talb li flimkien magħna, ipprovdejna lit-tfal opportunità li nikbru flimkien. Jalla nkomplu ngħinu lit-tfal u Alla jiltaqgħu.