English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Iżvillupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Din tgħinna nifhmu affarijiet li għandhom il-ħajja bħall-bniedem, l-annimali, il-pjanti u s-siġar kif ukoll l-istilel, ix-xemx u l-qamar u l-ilma li lkoll jgħinuna nagħrfu l-imħabba, l-paċi, u l-preżenza t’Alla fil-ħolqien. Ejjew inkantaw flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-interazzjoni bejn il-fidi u x-xjenza hija waħda kooperattiva u li tagħti l-frott. Ix-xjenza hija l-iskoperta tal-univers. Il-fidi tgħinna biex nifhmu x-xjenza u permezz ta’ dan nifhmu b’mod iktar profond lill-Ħallieq. Nifhmu wkoll kif nistgħu naqdu lil dak kollu li hawn madwarna.  Li nkunu fil-paċi tagħmilna aħwa ta’ xulxin.

Talba

Alla Missier għinna nsibu modi biex inkunu ġenerużi mal-ħolqien ta’ madwarna. Agħti l-għerf tiegħek lix-xjentisti biex jaħdmu għall-ġid tal-bnedmin u tal-ħolqien kif ukoll għall-paċi. Amen.

Ipprintja l-paġna

English