English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd.

Introduzzjoni

Matul din is-sena waqt xi assemblies ser naqsmu ħsibijiet dwar ir-rispett. Hawn ser naraw xi ħbieb tagħna x’għandhom x’jgħidulna dwar ir-rispett.

Ara

Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu jekk humiex juru rispett lejn l-oħrajn jew le.

Ħsieb Riflessiv

Din is-sena rridu nuru rispett ukoll billi nobdu r-regoli l-ġodda fl-iskola tagħna bħal li nżommu l-bogħod minn xulxin, billi ma nqumux minn postna għalxejn u billi nilbsu l-maskra meta suppost. Dan nagħmluh biex nieħdu ħsieb lilna nfusna u lil xulxin u għalkemm mhux dejjem faċli li nagħmlu hekk dalgħodu se nitolbu flimkien biex qatt ma ninsew kemm hu importanti li nirrispettaw lil xulxin għaliex meta nirrispettaw lil xulxin inkunu qed inħobbu lil xulxin.

Talba

Għażiż Alla nirringrazjawk għal din il-ġurnata. Nirringrazzjawk għaliex għalik aħna kollha speċjali. Illum, nitolbuk biex tgħinna nħobbu lil xulxin u nittrattaw lil xulxin b’rispett.

English

« Back to Year Theme