Iċ-Chaplaincy team flimkien ma’ grupp ta’ studenti minn Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, wettqu xogħol volontarju fid-Dar tal-Providenza kif ukoll taw għotja ta’ €400. Prosit tal-ġenerożità li wrew dawn l-istudenti biex ikomplu jwasslu l-imħabba tagħhom speċjalment ma’ min hu l-aktar fit-tarf fis-soċjetà tagħna.