Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Kanzunetta
Logħba
Il-Ħamiema tal-Paċi
Il-kap tal-iskola jew edukatur jipprepara mudell ta’ ħamiema. Juri/turi dan il-mudell tal-ħamiema lit-tfal u jispjega/tispjega li l-ħamiema hija simbolu tal-paċi. Filwaqt li jinxtegħel ftit background music l-istudenti jgħaddu l-ħamiema minn id għall-oħra, i.e. lil xulxin. Meta kulħadd ikun żamm ftit il-ħamiema, edukaturi u tfal, flimkien ngħidu: “Aħna Nħobbu l-Paċi!” u jċapċpu jdejhom.
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Attività
Il-Paċi ittiegħem bħal_______________
Il-Paċi tinxtamm bħal_______________
Il-Paċi tinħass bħal_________________
Il-Paċi tinstema’ bħal________________
Il-Paċi tidher bħal__________________
L-istudenti jistgħu jinqasmu tnejn tnejn biex jagħmlu l-attività, imbagħad jaqsmu dak li jkunu ddiskutew.
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 1
It-talba ta’ San Franġisk tgħallimna nkunu responsabbli għall-paċi. Nistgħu nġibu l-paċi permezz tal-ħsibijiet, l-attitudnijiet, il-kliem u l-azzjonijiet tagħna.
Riflessjoni
Slide 2
Kuljum nistgħu nagħżlu li nagħmlu t-tajjeb minflok il-ħażin, naħfru minflok inpattu, inħobbu minflok nobogħdu.
Slide 3
Nistgħu nġibu l-paċi bi kliemna billi ma nitkellmux fuq id-difetti u l-iżbalji ta’ ħaddieħor, ma nxerrdux gideb fuq ħaddieħor.
Slide 4
Ma ngħirux jew inkunu possessivi u egoisti u nweġġgħu lil ħaddieħor bi kliem iebes. Naqbżu għal min hu bullied jew qed ibati.
Slide 5
Meta niltaqgħu ma’ nies li għaddejjin mill-mard jew ċirkustanzi diffiċli oħrajn, nistgħu nfarrġuhom u nuruhom li mhumiex waħedhom. Nużaw l-empatija u l-kompassjoni biex nifhmu s-sitwazzjoni tal-persuni.
Slide 6
Fuq kollox, San Franġisk jgħallimna li jkollok iktar ferħ meta tagħti milli tirċievi, meta tħobb u tikkonsla milli tfittex l-imħabba u l-attenzjoni għalik innifsek.
Fi kliem ieħor, ikollna ferħ veru meta nagħtu kas il-bżonnijiet tan-nies li niltaqgħu magħhom.
Slide 7
Talba
Slide 8
O Alla,
Għinna ngħixu bħal San Franġisk. Ħa niġġieldu l-mibegħda bl-imħabba. Għinna nkunu ġentili u nifhmu lil xulxin. Agħtina l-grazzja biex ma nibżgħux inbatu ħalli nġibu l-paċi fid-dinja . Ammen.
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 1
It-talba ta’ San Franġisk tgħallimna nkunu responsabbli għall-paċi. Nistgħu nġibu l-paċi permezz tal-ħsibijiet, l-attitudnijiet, il-kliem u l-azzjonijiet tagħna.
Riflessjoni
Slide 2
Kuljum nistgħu nagħżlu li nagħmlu t-tajjeb minflok il-ħażin, naħfru minflok inpattu, inħobbu minflok nobogħdu.
Slide 3
Nistgħu nġibu l-paċi bi kliemna billi ma nitkellmux fuq id-difetti u l-iżbalji ta’ ħaddieħor, ma nxerrdux gideb fuq ħaddieħor.
Slide 4
Ma ngħirux u nweġġgħu lil ħaddieħor bi kliem iebes. Ma nkunux possessivi u egoisti.
Slide 5
Naqbżu għal min hu bullied jew qed ibati.Meta niltaqgħu ma’ nies li għaddejjin mill-mard jew ċirkustanzi diffiċli oħrajn, nistgħu nfarrġuhom u nuruhom li mhumiex waħedhom. Nużaw l-empatija u l-kompassjoni biex nifhmu s-sitwazzjoni tal-persuni.
Slide 6
Fuq kollox, San Franġisk jgħallimna li jkollok iktar ferħ meta tagħti milli tirċievi, meta tħobb u tikkonsla milli tfittex l-imħabba u l-attenzjoni għalik innifsek.
Fi kliem ieħor, ikollna ferħ veru meta nagħtu kas il-bżonnijiet tan-nies li niltaqgħu magħhom.
Slide 7
Riżorsi oħra
Il-Kulleġġ ddedikat lil San Tumas More se jiċċelebra l-festa tal-qaddis patrun tagħhom fit-22 ta’ Ġunju. Jistgħu jużaw din it-talba li hi parafrażi mill-kitbiet ta’ San Tumas More.
O Alla, San Tumas More jgħallimna li l-affarijiet sempliċi u ordinarji li nagħmlu kuljum għandhom valur kbir jekk nagħmluhom bl-imħabba. Għinni nkun b’saħħti sabiex dejjem nagħżel li nagħmel dak li hu tajjeb anke jekk dan huwa diffiċli. Amen.
By using this chatbot, you agree to the recording and processing of your data by our website and the external services it might use (LLMs, vector databases, etc.).