Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
Uri mudell ta’ qalb kbira lit-tfal.
Il-qalb tirrapreżenta l-imħabba. L-imħabba u l-paċi huma ħbieb kbar li ma jinfirdu qatt. Meta nħobbu, nħossuna fil-paċi għax nieħdu ħsieb u ngħinu lil xulxin. Inħossuna maħbuba u fil-paċi anke meta nkantaw u niżfnu. Ejjew inkantaw u niżfnu flimkien:
Kanzunetta
Logħba
It-tfal jitgħallmu jagħmlu sinjal li jfisser ‘Jiena nħobb’ billi jagħmlu jdejhom ikrusjati fuq sidirhom u jagħlqu subajhom.

Talba
O Alla għallimni nħobb. Ammen.
Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
Uri mudell ta’ qalb kbir lill-istudenti.
Meta nużaw xi forma qalb, nużawha ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-imħabba għax il-qalb tagħti d-demm lill-ġisem tal-bniedem, u dan id-demm, li hu mħabba, jgħinna ngħixu ferħanin. L-Imħabba tagħtina l-enerġija li nagħmlu dak li nixtiequ u dak li nistgħu.
Logħba – Ġesti ta’ Mħabba
Numru żgħir ta’ studenti, wieħed wara l-ieħor, joħolqu modi kif juru l-imħabba eż. joffru xi drink, jieħdu b’idejn xulxin u jgħidu: “kif inti llum?”.
Żifna
Talba
O Mulej, grazzi li tħobbni u lid-dinja li ngħixu fiha. Għinni nemmen fl-imħabba unika tiegħek billi nitgħallem inħobb bħalma tħobb inti. Ammen.
Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 2
F’Jum San Valentinu, għandna d-drawwa li nixtru l-kartolini u r-rigali għan-nies li nħobbu.
Madankollu, il-kelma ′MĦABBA’ qegħda titlef it-tifsira vera tagħha. L-imħabba li hi essenzjali għall-paċi hi differenti mill-imħabba ‘erotika’. X’inhi l-imħabba? Hi biss sentiment jew emozzjoni? Kif tista’ tħobb l-istess persuna għal dejjem? Kif nistgħu nħobbu lill-għedewwa tagħna u lin-nies li ma jħobbuniex?
Riflessjoni
Slide 3
L-imħabba vera mhijiex biss sentiment jew emozzjoni. Din hi mħabba erotika, li hija biss reazzjoni kimika f’ġisimna li tinbidel malajr ħafna.
Slide 4
L-imħabba vera hija bbażata fuq impenn responsabbli lejn persuna oħra. Hija deċiżjoni u impenn li ma tmurx lura minnhom. T
Slide 5
Tħobb tassew ifisser li tkun lest li tbati għal min tħobb, u tħobb anki meta meta l-persuna l-oħra ma tistax tgħin jew tħobb lura. Meta nħobbu b’dan il-mod, ma nfittxux premju imma nimpenjaw ruħna li nħobbu lil dawk l-aktar fil-bżonn u anke lil dawk li ma jħobbux jew ma jistgħux iħobbuna lura.
Hemm ħafna nies li tawna eżempji ta’ kif tħobb b’mod erojku. L-Insara jemmnu f’Ġesù, li jgħallimna li m’hemmx imħabba akbar milli li toffri ħajtek għal dawk li tħobb. Meta aħna nesperjenzaw l-imħabba ta’ Alla f’ ħajjitna, aħna nħobbu lill-oħrajn kif iħobbna Alla.
Talba
Slide 6
O Alla,
San Valentinu kien qaddis li ssagrifika ħajtu biex jgħin lill-oħrajn. Għinna nieħdu ħsieb xulxin fl-iskola llum, inkunu ġentili u paċenzjużi ma’ xulxin u nkunu sensittivi għall-bżonnijiet tan-nies ta’ madwarna, speċjalment dawk li jħossuhom waħedhom u li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħi. Għinna nagħtu mħabba u ferħ lil kull min niltaqgħu llum. Ammen.
Riżorsi oħra:
Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 2
F’Jum San Valentinu, għandna d-drawwa li nixtru l-kartolini u r-rigali għan-nies li nħobbu.
Madankollu, il-kelma ′MĦABBA’ qegħda titlef it-tifsira vera tagħha. L-imħabba li hi essenzjali għall-paċi hi differenti mill-imħabba ‘erotika’. X’inhi l-imħabba? Hi biss sentiment jew emozzjoni? Kif tista’ tħobb l-istess persuna għal dejjem? Kif nistgħu nħobbu lill-għedewwa tagħna u lin-nies li ma jħobbuniex?
Riflessjoni
Slide 3
L-imħabba vera mhijiex biss sentiment jew emozzjoni. Din hi mħabba erotika, li hija biss reazzjoni kimika f’ġisimna li tinbidel malajr ħafna.
Slide 4
L-imħabba vera hija bbażata fuq impenn responsabbli lejn persuna oħra. Hija deċiżjoni u impenn li ma tmurx lura minnhom.