English

Introduzzjoni

Radd tas-salib

Għeżież tfal, hawn xi ħadd jaf jgħidli jien min jien?

Agħti ftit ċans lit-tfal jagħtu r-risposti tagħhom

Introduċi lilek innifsek

Tfal jiena jisimni …… U tafu x’se nkun qed nagħmel l-iskola? Se nkun qed niġi narakom l-iskola darba f’ġimgħa biex flimkien u anke mal-għalliema u l-edukaturi tagħkom nkomplu nitgħallmu dwar kemm Alla jħobbna u jridna nkunu t-tfal tiegħu. Flimkien se nibdew nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ. Tridu nilgħabu logħba flimkien?

Logħba

L-Għalliema minn qabel tlesti vażett u popsicle sticks fih bl-ismijiet tat-tfal. L-animatur jtella’ wieħed wieħed. Jgħajjat l-isem u t-tfal joħorġu ħdejh wieħed wieħed. Malli joħorġu kollha l-animatur jerġa’ jirrepeti l-ismijiet u wieħed wieħed  jerġgħu jmorru lura f’posthom. Jekk jgħid l-isem tajjeb it-tfal iċapċpu, jekk jgħidu ħażin jagħmlu wiċċ imdejjaq.

Attivita’ għal Year 1 u Year 2

Hello tfal kif intom? Kif qed tħossukom illum? Għaliex?

Uri lit-tfal emoji ta’ wiċċ ferħan u wiċċ imdejjaq. It-tfal min jixtieq, jgħidu kif qed iħossuhom.

Wiċċ Ferħan

Wiċċ Imdejjaq

Kanzunetta – Joy in My Heart

Print this page

English