Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
slide 2
Għalkemm xi drabi niġġieldu xi ftit u ma naqblux, huwa possibli li nkunu magħqudin flimkien u nżommu l-paċi. Ejjew inkantaw flimkien: (tfal fi gruppi ta’ tnejn jew tlieta jimitaw il-ġesti)
Kanzunetta
slide 3
Talba
slide 4
Mulej, għinna nwasslu l-paċi tiegħek lil kulħadd. Ammen.
Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
slide 2
Għal din l-attività wieħed għandu bżonn żewġt ibżieżaq minfuħin, u marker.

Tkun fil-paċi jfisser li sitwazzjonijiet, xeni, u attivitajiet oħra fejn ma jkunx hemm xi jfixxkel. Dan huwa diffiċli fl-istil ta’ ħajja li qed ngħixu llum, imma inti u jien nistgħu naħdmu biex inżommu lilna nfusna fil-paċi u ngħinu lil ħaddieħor jgħix fil-paċi.
Deskrizzjoni tal-Attività
Min qed imexxi l-assembly:
- Ejjew nagħmlu jdejna ma’ xulxin u nogħrkuhom. X’qed tħossu?
- Hekk hu! – idejna qed jisħnu, u qishom ma jibdewx jaqblu meta l-uċuħ tal-idejn ikunu kontra xulxin. Hekk jiġri fil-ħajja tagħna. Jibda jkun hemm reżistenza eż. meta xi ħadd jgħidli xi ħaġa li ma naqbilx magħha u nirrispondih lura.
- Ħokk il-bżieżaq ma’ xulxin. X’inhu jiġri? Tibda tħoss rabja. (Isimgħu ħoss li qed jagħmlu l-bżieżaq). Imma jekk il-bżieżaq ikunu marbutin flimkien u mdendlin waqt xi festin, jagħtuna sitwazzjoni iktar kalma u paċifika.
- Fuq bużżieqa minnhom ikteb ‘inkun’ u fuq l-oħra ‘fil-paċi’, u dendilhom f’post iffrekwentat minn kulħadd.
Il-Paċi f’Malta
slide 3
Ejjew nitolbu billi nkantaw flimkien l-Innu Malti u noffruh għall-paċi f’Malta.
Dan huwa kliem fl-Innu Malti relatat mal-paċi:
ħares, oħla dawl, dehen, rodd il-ħniena, seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-Sliem.
slide 4
Konklużżjoni
Ejjew nagħmlu possibli l-paċi bejnietna waqt il-brejk billi naqsmu flimkien, nagħtu ċans lill-oħrajn, inkellmu u nilagħbu ma’ kulħadd, u nitbissmu lil kulħadd.
Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Kultant, meta nħarsu lejn l-inġustizzji, it-terrur, il-vjolenza, il-kriminalità u l-gwerer li hawn madwarna, inħossu li ma nistgħu nagħmlu xejn biex inġibu l-paċi fid-dinja.
Il-paċi, madankollu, ma tiddependix biss minn ħaddieħor. Aħna responsabbli biex inġibu l-paċi bi kliemna, ħsibijietna, l-azzjonijiet u r-reazzjonijiet tagħna man-nies u s-sitwazzjonijiet li naffaċċjaw fil-ħajja. Inġibu l-paċi meta nirrispettaw id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem. Ejjew nifhmu t-tifsira vera tal-paċi billi naraw dan il-filmat.
Riflessjoni
L-Innu Malti għandu messaġġ għal kulħadd, irrispettivament min-nazzjonalità, is-sess, ir-razza, il-kultura jew ir-reliġjon tal-persuna. Huwa talba u xewqa għall-paċi għall-Maltin u għall-bnedmin tad-dinja kollha.
Meta nkantaw l-Innu Malti, inkunu napprezzaw l-istorja u s-sbuħija naturali tal-gżejjer tagħna. F’dan l-Innu nitolbu għall-protezzjoni mill-gwerer u diżastri oħra u nitolbu għall-mexxejja ta’ pajjiżna li d-deċiżjonijiet tagħhom jaffettwaw id-dinja kollha. Fl-aħħar nett, nitolbu biex kull bniedem jerfa’r-responsabbita’ u jkun għajn ta’ paċi billi jirrispetta d-diversità ta’ kull bniedem skont l-eżempju tal-Papa Franġisku, li waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, ħeġġiġna biex inkunu laboratorju tal-paċi għal xulxin u għad-dinja kollha.
Talba
Issa ejjew inqumu bil-wieqfa u nkantaw l-Innu Malti flimkien. (Jekk possibbli, il-lirika tal-Innu bit-tifsira tal-kliem bl-Ingliż jintwera fuq il-whiteboard interattiv jew inkella jitqassmu karti bil-lirika.)
Attivitajiet u Riżorsi oħra