English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali għall-Kulleġġ San Tumas More. San Tumas More kien qaddis li emmen ħafna fil-ġustizzja. Ġustizzja tfisser li ma nagħmlux preferenzi u li nirrispettaw id-drittijiet ta’ xulxin, sabiex b’hekk kulħadd ikun kuntent u jkollu dak kollu li huwa mistħoqq u meħtieġ għalih. Imma ejja naraw dan il-filmat ħa nifhmu aħjar:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, ġustizzja tara li in-nies jiġu rrispettati, u dan ifisser ukoll li nagħtu kas u nobdu r-regoli u l-liġi sabiex kulħadd jiġi stmat indaqs. Meta wieħed jemmen fil-ġustizzja, jitkellem, jgħid l-verità imma jkun jaf ukoll kif iżomm sigriet u jkun kapaċi jaħfer. San Tumas More kien eżempju ħaj ta’ persuna ġusta. Mhuwiex sempliċi li tkun bniedem ġust, imma jekk kulħadd jagħmel sforz, nistgħu ngħinu biex id-dinja ssir post aħjar għal kulħadd.

Talba

Għażiż Alla, għinna sabiex nsiru bnedmin li mhux biss nemmnu fil-ġustizzja imma nipprattikawha fil-klassijiet, djar u toroq. Amen.

Ipprintja l-paġna

English