English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

L-ambjent huwa dak kollu li naraw madwarna. Importanti li nieħdu ħsieb kollox biex madwarna naraw ħafna affarijiet sbieħ. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Kinder
Snin Bikrin tal-Primarja

Ħsieb Riflessiv

Ejjew tfal nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna billi nħallu nadif u dejjem narmu l-iskart kif suppost, jekk ikollna xi pjanta nsaqquha ħalli tikber, nieklu ikel tajjeb għas-saħħa u nieħdu ħsieb xulxin

Talba

Mulej Ġesù, int tridna nieħdu ħsieb l-għelieqi u l-kampanja, ħu ħsieb il-bdiewa u lil dawk li jieħdu ħsieb il-ġonna. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English