Tul: 30 minuta
Għan:
- It-tfal jiskopru li kulħadd jista’ jagħmel xi ħaġa tajba u li kull att żgħir ta’ mħabba u tjubija jgħin biex nipparteċipaw flimkien.
1. Introduzzjoni (5 minuti)
Uri ġarra vojta u staqsi:
- X’nistgħu npoġġu ġewwa din il-ġarra?
- Tista’ persuna waħda timlieha waħedha?
Spjega:
Meta kulħadd iġib xi ħaġa tajba, flimkien nistgħu nimlew il-ġarra.
2. Storja (5 minuti)
Anima l-istorja ta’ Christoph u Vanessa bi kliem sempliċi.
Christoph u Vanessa kienu se jagħmlu festa tat-tieġ. Talbu lill-mistednin jipparteċipaw u jġibu flixkun meraq tal-għeneb biex jaqsmuh flimkien. Meta waslu l-mistednin, kull wieħed ferra dak li ġab f’ġarra kbira waħda. Meta wasal il-ħin biex jixorbu, fetħu l-vit tal-ġarra u …
Ħareġ biss ilma!
Ħafna nies kienu ħasbu: “Jekk jien inġib ilma flok meraq tal-għeneb, ħadd ma jinduna.”
Imma kulħadd ħaseb l-istess.
Il-ġarra l-kbira spiċċat mimlija bl-ilma.
Flimkien tgħallmu: Kulħadd huwa importanti. Dak li nagħmel jien jagħmel differenza.
3. Nitkellmu Flimkien (3 minuti)
Staqsi:
- Għaliex kien hemm ilma biss?
- X’affarijiet tajbin nistgħu nipparteċipaw fihom u noffru lill-oħrajn?
Ħeġġeġ tweġibiet bħal:
😊 tbissima
❤️ tgħanniqa
🤝 għajnuna
🎁 qsim
💛 kliem sabiħ
4. Attività ta’ Talb
Riżorsi:
- Ġarra kbira maqtugħa fuq kartuna
- Fliexken tal-karti
- Kuluri
- Kolla/glue stick
Istruzzjonijiet:
- Agħti flixkun tal-karta lil kull tifel/tifla.
- Stieden lit-tfal ipinġu ħaġa tajba li jistgħu jagħmlu u jipparteċipaw billi jgħinu lill xi ħadd.
- Wieħed wieħed, it-tfal iwaħħlu t-tpinġija tagħhom fuq il-ġarra l-kbira waqt li jgħidu:
“Jien nista’ ngħin.”jew “Jien nista’ nkun qalbi tajba.”
Meta t-tpinġijiet kollha jitpoġġew mal-ġarra, għid:
“Araw kemm imtliet il-ġarra tagħna! Meta lkoll nipparteċipaw flimkien, nagħmlu d-dinja tagħna aktar ferħana.”
Talba tal-Għeluq
Għażiż Ġesù,
Grazzi talli tgħinna nkunu qalbna tajba.
Għinna nipparteċipaw, ngħinu lill- u nħobbu lill-ħbieb kuljum.
Ammen.
Tul: 30–40 minuta
Għanijiet
- It-tfal jifhmu li kull azzjoni personali tħalli impatt fuq il-komunità.
- Jagħrfu li kulħadd għandu doni x’joffri.
- Jipprattikaw il-ħila tal-Story Mapping permezz tat-tpinġija.
1. Introduzzjoni (5 minuti)
Uri flixkun vojt jew ġarra u staqsi:
- X’tista’ żżomm ġo fih?
2. Anima l-Istorja ta’ Christoph u Vanessa.
Tista’ wkoll tipprepara l-qari tal-istorja qabel biex tkun tista’ tirrakontaha fi kliemek.
Christoph u Vanessa kienu ser jiżżewġu u għalhekk stiednu lir-raħal għat-tieġ. Huma ma ridux rigali imma talbu li kull mistieden jipparteċipa billi jieħu miegħu flixkun meraq tal-għeneb aħmar ħalli mbagħad jaqsmuh flimkien mal-kumplament tal-mistednin. Meta waslu fil-post tat-tieġ, il-waiters stiednu lill-mistednin biex iferrgħu l-meraq tal-għeneb li ġabu magħhom f’ġarra kbira li kien hemm f’nofs is-sala. Kulħadd ferra dak li ġab miegħu. Meta fetħu l-vit tal-ġarra biex jaqsmu dak li kull mistieden ġab miegħu, niżel likwidu trasparenti…li meta daquh ma kienx għajr ilma.
Kull mistieden ħaseb u qal: “Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza! Billi nieħu ilma mhux ser jindunaw.” Imma ġara li dak li ħaseb kull wieħed minnhom, ħasbuh l-oħrajn ukoll u r-riżultat kien disappunt kbir festa.
3. Mistoqsijiet biex toħloq diskussjoni (5 minuti)
Wara l-qari staqsi:
- Kif taħsbu li ħassewhom Christoph u Vanessa?
- Għaliex spiċċaw bl-ilma?
- Ta’ min kien it-tort?
- Kien hemm persuna waħda biss responsabbli?
Enfasizza: Kull wieħed ħaseb: “Jien waħdi ma nagħmilx differenza.” Imma proprju għax kulħadd ħaseb hekk, il-festa sfat falliment.
4. Spazju ta’ talb / Riflessjoni Spiritwali (5 minuti)
Riżorsi meħtieġa:
- Ġarra jew kontenitur trasparenti mimlija bl-ilma u poġġih fuq mejda.
- Ħdejn il-ġarra, agħmel qoffa b’karti b’forma ta’ flixkun.
- Lapsijiet/biros.
Istruzzjoni:
- Stieden lill-istudenti jaħsbu dwar xi ħaġa tajba li jistgħu jipparteċipaw fiha u jgħinu lill-oħrajn pereżempju:
❤️ imħabba, 😊 tbissima, 🤝 għajnuna,🙏 talba,🎁 qsim ta’ talenti
- Agħti flixkun tal-karti lil kull student/a u fuqu jiktbu jew ipinġu dak li ser jagħtu lill-oħrajn.
- Wara, jitfgħu l-flixkun tal-karti ġewwa l-ġarra waqt li jitolbu l’Alla jgħinhom jaqdu flimkien.
Ftakar li: Il-komunitajiet ma jinbidlux b’persuna waħda straordinarja. Jinbidlu meta ħafna nies ordinarji jagħżlu jagħmlu t-tajjeb kuljum.
Attivitajiet oħra jekk min qed imexxi jkollu aktar ħin mal-istudenti.
5. Story Mapping permezz tat-Tpinġija
Jekk ikun hemm il-ħin, din il-parti tista’ ssir lejn l-aħħar.
Istruzzjoni:
Agħti karta A4 maqsuma f’6 kaxxi lill kull student. Spjega li f’kull kaxxa, l-istudenti se jpinġu dak li semgħu fl-istorja. L-għan hu li joħolqu mappa viżwali tal-istorja u permezz tagħha, jagħrfu jirrakuntawha lill-oħrajn.
Gwida ta’ dak li l-istudenti jistgħu jpinġu:
- Il-persuni – Christoph u Vanessa u l-mistednin fil-festa.
- Il-post – sala, mejda u ġarra kbira
- Il-pjan – pinġi flixkun meraq tal-għeneb u ikteb: “Kulħadd kien mistieden iġib flixkun meraq tal-għeneb.”
- Il-problema – Pinġi persuna taħseb u ikteb“Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza.”
- L-għemil – Pinġi l-flixkun mimli ilma.
- It-tagħlima – Pinġi lilek innifsek tagħmel xi ħaġa tajba fejn tipparteċipa u tgħin lill-oħrajn pereżempju: idejn jgħinu, qalb li tħobb, xufftejn jitbissmu, tgħin lill-ħbieb. Ikteb: “Jiena nagħmel differenza.”
6. Nuri u Ngħid
Meta kulħadd jispiċċa, l-istudenti jistgħu jaqsmu dak li pinġew ma’ student jew mal-klassi u jirrakuntaw l-istorja tagħhom. Min jixtieq jista’ jispjega dak li pinġa dwar l-istorja. Jista’ wkoll jaqsam dak li kiteb fuq il-flixkun tal-karti u kif jista’ jagħmel differenza fil-familja, fl-iskola jew mal-ħbieb tiegħu.
B’dan il-mod, il-mappa tal-istorja ma tibqax biss viżwal tal-istorja, iżda ssir riflessjoni personali dwar il-kontribut li kull wieħed jista’ jipparteċipa fih u jagħti lill-komunità.
Messaġġ finali
Meta kulħadd jagħti l-aħjar tiegħu u jipparteċipa, tinbena komunità sabiħa. Meta naħsbu biss fina nfusna, nitilfu lkoll. Għalhekk, kull wieħed minna għandu “flixkun” uniku x’joffri – it-tjubija, it-talenti, l-imħabba u s-servizz tiegħu biex nipparteċipaw flimkien.
Talba
Ġesù,
Int tajt lil kull wieħed minna qalb tajba u doni sbieħ.
Għinna ma naħsbux li aħna ma nagħmlux differenza.
Agħtina l-kuraġġ nipparteċipaw u ngħinu kull fejn immorru.
Jalla l-imħabba, il-ferħ u l-paċi li nagħtu lill-oħrajn jagħmlu d-dinja post aħjar.
Ammen.
Tul: 50–60 minuta
Tema: Ir-responsabbiltà personali u l-ġid komuni.
Għanijiet
Sa tmiem is-sessjoni, l-istudenti:
- jirriflettu fuq kif id-deċiżjonijiet żgħar ta’ kull persuna jaffettwaw lill-oħrajn;
- jifhmu l-konsegwenzi tal-mentalità “ħadd ma jinduna”;
- jagħrfu li kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri u jista’ jipparteċipa biex jagħmel differenza permezz tal-għażliet u l-azzjonijiet tiegħu;
- jagħrfu x’jistgħu joffru lill-familja, lill-klassi u lis-soċjetà biex inkomplu nipparteċipaw flimkien.
1. Introduzzjoni: “Jekk kulħadd jagħmel hekk… X’jiġri?” (5 minuti)
Uri fuq il-bord/ppt jew għid dawn is-sentenzi:
- Jekk kulħadd jitfa’ biċċa karta mal-art…
- Jekk kulħadd jasal tard…
- Jekk kulħadd jipparteċipa u jgħin persuna waħda…
- Jekk kulħadd jitbissem lil xi ħadd…
- Jekk kulħadd jikkopja fl-eżami…
- Jekk kulħadd iħawwel siġra…
Staqsi: X’jiġri jekk kulħadd jagħmel l-istess għażla?
Enfasizza li ħafna drabi ma naħsbux fuq l-effett li l-għażla tagħna għandha meta ssir minn kulħadd. Meta nagħżlu li nipparteċipaw permezz ta’ attijiet żgħar ta’ tjubija, responsabbiltà u kura, l-azzjonijiet tagħna jistgħu jagħmlu differenza pożittiva għall-komunità kollha.
2. Anima l-Istorja ta’ Christoph u Vanessa.
Tista’ wkoll tipprepara l-qari tal-istorja qabel biex tkun tista’ tirrakkontaha fi kliemek.
Christoph u Vanessakienu ser jiżżewġu u għalhekk stiednu lir-raħal kollu għat-tieġ. Huma ma ridux rigali imma talbu li kull mistieden jieħu miegħu flixkun inbid aħmar bied jipparteċipa biex jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni u jaqsmu mal-kumplament tal-mistednin. Meta kienu jaslu fil-post tat-tieġ, il-waiters kienu jgħidu lill-mistednin biex iferrgħu l-inbid li ġabu magħhom f’ġarra kbira li kien hemm f’nofs is-sala. Kulħadd ferra dak li ġab miegħu. Meta fetħu l-vit tal-ġarra biex jaqsmu dak li kull mistieden ġab miegħu, niżel likwidu trasparenti…li meta daquh ma kienx għajr ilma.
Kull mistieden ħaseb waħdu u qal: Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza! Billi nieħu ilma mhux ser jindunaw. Imma ġara li dak li ħaseb wieħed, ħasbuh l-oħrajn ukoll u r-riżultat kien biss festa medjokri.
3. Mistoqsijiet biex toħloq diskussjoni: 5 minuti
Wara l-qari tista’ tistaqsi:
- Min kien responsabbli?
- Min kien ħati ta’ dak li ġara?
- Kienet persuna waħda li qerdet il-festa?
- Kif setgħet kull persuna tipparteċipa u tikkontribwixxi lejn il-komunità kollha billi tagħmel il-parti tagħha?
Ħalli ftit silenzju qabel tkompli. Imbagħad staqsi:
- X’inhi d-differenza bejn “kulħadd hekk jagħmel” u “nagħmel dak li huwa tajjeb”?
- Għaliex in-nies kultant jagħżlu t-triq il-faċli milli jipparteċipaw u jgħinu lill-oħrajn?
- X’jiġri meta kulħadd jaħseb biss fih innifsu?
- X’jiġri meta kulħadd jagħżel li jipparteċipa u jikkontribwixxi?
Enfasizza:
Kulħadd ħaseb: “Il-kontribut tiegħi mhux se jagħmel differenza.” Madankollu, peress li kulħadd ħaseb bl-istess mod, iċ-ċelebrazzjoni ma rnexxietx. Nipparteċipaw flimkien ifisser li nagħrfu li anke l-iżgħar kontribut tagħna huwa importanti. Meta kull persuna tipparteċipa u toffri dak li tista’, nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja tal-oħrajn u fil-komunità kollha.
4. Spazju ta’ talb / Riflessjoni Spiritwali (5 minuti)
Riżorsi meħtieġa:
- Ġarra jew kontenitur trasparenti mimli bl-ilma u poġġih fuq mejda.
- Ħdejn il-ġarra, agħmel qoffa b’karti b’forma ta’ flixkun.
- Lapsijiet/biros.
Istruzzjoni:
- Stieden lill-istudenti jaħsbu dwar xi ħaġa tajba li jistgħu jagħtu lill-oħrajn pereżempju:
imħabba, fiduċja, ġenerożità, tbissima, għajnuna, servizz, talb, verità, qsim ta’ talenti
- Agħti flixkun tal-karti lil kull student/a u fuqu jiktbu jew ipinġu dak li ser jagħtu lill-oħrajn.
- Wara, jitfgħu l-flixkun tal-karti ġewwa l-ġarra waqt li jitolbu l’Alla jgħinhom jaqdu flimkien.
Ftakar li: Il-komunitajiet ma jinbidlux b’persuna waħda straordinarja. Jinbidlu meta ħafna nies ordinarji jagħżlu li jipparteċipaw flimkien ma’ oħrajn u jagħmlu t-tajjeb kuljum.
Attivitajiet oħra (Jekk min qed imexxi jkollu aktar ħin mal-istudenti.)
5. Story Mapping permezz tat-Tpinġija
Jekk ikun hemm ħin, tista’ ssir lejn l-aħħar.
Istruzzjoni:
Agħti karta A4 maqsuma f’6 kaxxi lill kull student.
Spjega li f’kull kaxxa, l-istudenti se jpinġu dak li semgħu fl-istorja.
L-għan hu li joħolqu mappa viżwali tal-istorja u permezz tagħha, jagħrfu jirrakuntawha lill-oħrajn.
Gwida ta’ dak li l-istudenti jistgħu jpinġu:
- Il-persuni – Christoph u Vanessa u l-mistednin fil-festa.
- Il-post – sala, mejda u ġarra kbira
- Il-pjan – pinġi flixkun inbid u ikteb: “Kulħadd kien mistieden iġib flixkun inbid.”
- Il-problema – Pinġi persuna taħseb u ikteb“Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza.”
- L-għemil – Pinġi l-flixkun mimli ilma.
- It-tagħlima – Pinġi lilek innifsek tipparteċipa mal-oħrajn u tagħmel xi ħaġa tajba pereżempju: idejn jgħinu, qalb li tħobb, xufftejn jitbissmu, tgħin lill-ħbieb. Ikteb: “Jiena nagħmel differenza.”
Ideat ta’ kif tgħin lill-istudenti jifhmu iżjed u jirrrakontaw l-istorja huma stess.
6. Nuri u Ngħid
Meta kulħadd jispiċċa, l-istudenti jistgħu jaqsmu dak li pinġew ma’ student jew mal-klassi u jirrakuntaw l-istorja tagħhom. Min jixtieq jista’ jispjega dak li pinġa dwar l-istorja. Jista’ wkoll jaqsam dak li kiteb fuq il-flixkun tal-karti u kif jista’ jagħmel differenza fil-familja, fl-iskola jew mal-ħbieb tiegħu.
B’dan il-mod, il-mappa tal-istorja ma tibqax biss viżwal tal-istorja, iżda ssir riflessjoni personali dwar il-kontribut li kull wieħed jista’ jipparteċipa fih u jagħti lill-komunità.
Messaġġ Finali
Il-problema tal-istorja ma kinitx l-ilma. Il-problema kienet li kulħadd emmen li l-għażla tiegħu ma kinitx importanti. Fir-realtà tal-ħajja jiġri l-oppost: kull għażla tagħmel differenza.
Il-mistoqsija mhijiex “X’se jagħmlu l-oħrajn”, imma “X’se nġib jien fil-‘ġarra’ tal-komunità tiegħi?”
Talba
Mulej,
Xi kultant naħsbu li dak li nagħmlu ma jagħmilx differenza.
Agħtina l-kuraġġ nagħżlu t-tajjeb u nipparteċipaw bi tjubija, anke meta ħaddieħor jagħżel mod ieħor.
Għinna noffru t-talenti u l-ħin tagħna mill-aħjar li nistgħu lill-familji tagħna, lill-komunitajiet tal-iskola tagħna u lill-ħbiebna.
Għallimna nipparteċipaw flimkien, billi nagħrfu li anke l-iżgħar azzjonijiet tagħna jistgħu jagħmlu differenza.
Għinna nkunu persuni li nġibu aktar imħabba, ġustizzja u tama fid-dinja.
Ammen.



