English

Tul: 30 minuta

Għan:

  • It-tfal jiskopru li kulħadd jista’ jagħmel xi ħaġa tajba u li kull att żgħir ta’ mħabba u tjubija jgħin biex nipparteċipaw flimkien.

1. Introduzzjoni (5 minuti)

Uri ġarra vojta u staqsi:

  • X’nistgħu npoġġu ġewwa din il-ġarra?
  • Tista’ persuna waħda timlieha waħedha?

Spjega:

Meta kulħadd iġib xi ħaġa tajba, flimkien nistgħu nimlew il-ġarra.

2. Storja (5 minuti)

Anima l-istorja ta’ Christoph u Vanessa bi kliem sempliċi.

Christoph u Vanessa kienu se jagħmlu festa tat-tieġ. Talbu lill-mistednin jipparteċipaw u jġibu flixkun meraq tal-għeneb biex jaqsmuh flimkien. Meta waslu l-mistednin, kull wieħed ferra dak li ġab f’ġarra kbira waħda. Meta wasal il-ħin biex jixorbu, fetħu l-vit tal-ġarra u …

Ħareġ biss ilma!

Ħafna nies kienu ħasbu: “Jekk jien inġib ilma flok meraq tal-għeneb, ħadd ma jinduna.”

Imma kulħadd ħaseb l-istess.

Il-ġarra l-kbira spiċċat mimlija bl-ilma.

Flimkien tgħallmu: Kulħadd huwa importanti. Dak li nagħmel jien jagħmel differenza.

3. Nitkellmu Flimkien (3 minuti)

Staqsi:

  • Għaliex kien hemm ilma biss?
  • X’affarijiet tajbin nistgħu nipparteċipaw fihom u noffru lill-oħrajn?

Ħeġġeġ tweġibiet bħal:

😊 tbissima
❤️ tgħanniqa
🤝 għajnuna
🎁 qsim
💛 kliem sabiħ

4. Attività ta’ Talb

Riżorsi:

  • Ġarra kbira maqtugħa fuq kartuna
  • Fliexken tal-karti
  • Kuluri
  • Kolla/glue stick

Istruzzjonijiet:

  • Agħti flixkun tal-karta lil kull tifel/tifla.
  • Stieden lit-tfal ipinġu ħaġa tajba li jistgħu jagħmlu u jipparteċipaw billi jgħinu lill xi ħadd.
  • Wieħed wieħed, it-tfal iwaħħlu t-tpinġija tagħhom fuq il-ġarra l-kbira waqt li jgħidu:

           “Jien nista’ ngħin.”jew “Jien nista’ nkun qalbi tajba.”

Meta t-tpinġijiet kollha jitpoġġew mal-ġarra, għid:

“Araw kemm imtliet il-ġarra tagħna! Meta lkoll nipparteċipaw flimkien, nagħmlu d-dinja tagħna aktar ferħana.”

Talba tal-Għeluq

Għażiż Ġesù,

Grazzi talli tgħinna nkunu qalbna tajba.

Għinna nipparteċipaw, ngħinu lill- u nħobbu lill-ħbieb kuljum.

Ammen.

Tul: 30–40 minuta

Għanijiet

  • It-tfal jifhmu li kull azzjoni personali tħalli impatt fuq il-komunità.
  • Jagħrfu li kulħadd għandu doni x’joffri.
  • Jipprattikaw il-ħila tal-Story Mapping permezz tat-tpinġija.

1. Introduzzjoni (5 minuti)

Uri flixkun vojt jew ġarra u staqsi:

  • X’tista’ żżomm ġo fih?

2. Anima l-Istorja ta’ Christoph u Vanessa.

Tista’ wkoll tipprepara l-qari tal-istorja qabel biex tkun tista’ tirrakontaha fi kliemek.

Christoph u Vanessa kienu ser jiżżewġu u għalhekk stiednu lir-raħal għat-tieġ. Huma ma ridux rigali imma talbu li kull mistieden jipparteċipa billi jieħu miegħu flixkun meraq tal-għeneb aħmar ħalli mbagħad jaqsmuh flimkien mal-kumplament tal-mistednin. Meta waslu fil-post tat-tieġ, il-waiters stiednu lill-mistednin biex iferrgħu l-meraq tal-għeneb li ġabu magħhom f’ġarra kbira li kien hemm f’nofs is-sala. Kulħadd ferra dak li ġab miegħu. Meta fetħu l-vit tal-ġarra biex jaqsmu dak li kull mistieden ġab miegħu, niżel likwidu trasparenti…li meta daquh ma kienx għajr ilma.

Kull mistieden ħaseb u qal: “Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza! Billi nieħu ilma mhux ser jindunaw.” Imma ġara li dak li ħaseb kull wieħed minnhom, ħasbuh l-oħrajn ukoll u r-riżultat kien disappunt kbir festa.

3. Mistoqsijiet biex toħloq diskussjoni (5 minuti)

Wara l-qari staqsi:

  • Kif taħsbu li ħassewhom Christoph u Vanessa?
  • Għaliex spiċċaw bl-ilma?
  • Ta’ min kien it-tort?
  • Kien hemm persuna waħda biss responsabbli?

Enfasizza: Kull wieħed ħaseb: “Jien waħdi ma nagħmilx differenza.” Imma proprju għax kulħadd ħaseb hekk, il-festa sfat falliment.

4. Spazju ta’ talb / Riflessjoni Spiritwali (5 minuti)

Riżorsi meħtieġa:

  • Ġarra jew kontenitur trasparenti mimlija bl-ilma u poġġih fuq mejda.
  • Ħdejn il-ġarra, agħmel qoffa b’karti b’forma ta’ flixkun.
  • Lapsijiet/biros.

Istruzzjoni:

  • Stieden lill-istudenti jaħsbu dwar xi ħaġa tajba li jistgħu jipparteċipaw fiha u jgħinu lill-oħrajn pereżempju:

❤️ imħabba, 😊 tbissima, 🤝 għajnuna,🙏 talba,🎁 qsim ta’ talenti

  • Agħti flixkun tal-karti lil kull student/a u fuqu jiktbu jew ipinġu dak li ser jagħtu lill-oħrajn.
  • Wara, jitfgħu l-flixkun tal-karti  ġewwa l-ġarra waqt li jitolbu l’Alla jgħinhom jaqdu flimkien.

Ftakar li: Il-komunitajiet ma jinbidlux b’persuna waħda straordinarja. Jinbidlu meta ħafna nies ordinarji jagħżlu jagħmlu t-tajjeb kuljum.

Attivitajiet oħra jekk min qed imexxi jkollu aktar ħin mal-istudenti.

5. Story Mapping permezz tat-Tpinġija

Jekk ikun hemm il-ħin, din il-parti tista’ ssir lejn l-aħħar.

Istruzzjoni:

Agħti karta A4 maqsuma f’6 kaxxi lill kull student. Spjega li f’kull kaxxa, l-istudenti  se jpinġu dak li semgħu fl-istorja. L-għan hu li joħolqu mappa viżwali tal-istorja  u permezz tagħha, jagħrfu  jirrakuntawha lill-oħrajn.

Gwida ta’ dak li l-istudenti jistgħu jpinġu:

  • Il-persuni – Christoph u Vanessa u l-mistednin fil-festa.
  • Il-post – sala, mejda u ġarra kbira
  • Il-pjan – pinġi flixkun meraq tal-għeneb u ikteb: “Kulħadd kien mistieden iġib flixkun meraq tal-għeneb.”
  • Il-problema – Pinġi persuna taħseb u ikteb“Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza.”
  • L-għemil – Pinġi l-flixkun mimli ilma.
  • It-tagħlima – Pinġi lilek innifsek tagħmel xi ħaġa tajba fejn tipparteċipa u tgħin lill-oħrajn pereżempju: idejn jgħinu, qalb li tħobb, xufftejn jitbissmu, tgħin lill-ħbieb. Ikteb: “Jiena nagħmel differenza.”

6. Nuri u Ngħid

Meta kulħadd jispiċċa, l-istudenti jistgħu jaqsmu dak li pinġew ma’ student jew mal-klassi u jirrakuntaw l-istorja tagħhom. Min jixtieq jista’ jispjega dak li pinġa dwar l-istorja. Jista’ wkoll jaqsam dak  li  kiteb fuq il-flixkun tal-karti u kif jista’ jagħmel differenza fil-familja, fl-iskola jew mal-ħbieb tiegħu.

B’dan il-mod, il-mappa tal-istorja ma tibqax biss viżwal tal-istorja, iżda ssir riflessjoni personali dwar il-kontribut li kull wieħed jista’ jipparteċipa fih u jagħti lill-komunità.

Messaġġ finali

Meta kulħadd jagħti l-aħjar tiegħu u jipparteċipa, tinbena komunità sabiħa. Meta naħsbu biss fina nfusna, nitilfu lkoll. Għalhekk, kull wieħed minna għandu “flixkun” uniku x’joffri – it-tjubija, it-talenti, l-imħabba u s-servizz tiegħu biex nipparteċipaw flimkien.

Talba

Ġesù,

Int tajt lil kull wieħed minna qalb tajba u doni sbieħ.

Għinna ma naħsbux li aħna ma nagħmlux differenza.

Agħtina l-kuraġġ nipparteċipaw u ngħinu kull fejn immorru.

Jalla l-imħabba, il-ferħ u l-paċi li nagħtu lill-oħrajn jagħmlu d-dinja post aħjar.

Ammen.

Tul: 50–60 minuta
Tema: Ir-responsabbiltà personali u l-ġid komuni.

Għanijiet

Sa tmiem is-sessjoni, l-istudenti:

  • jirriflettu fuq kif id-deċiżjonijiet żgħar ta’ kull persuna jaffettwaw lill-oħrajn;
  • jifhmu l-konsegwenzi tal-mentalità “ħadd ma jinduna”;
  • jagħrfu li kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri u jista’ jipparteċipa biex jagħmel differenza permezz tal-għażliet u l-azzjonijiet tiegħu;
  • jagħrfu x’jistgħu joffru lill-familja, lill-klassi u lis-soċjetà biex inkomplu nipparteċipaw flimkien.

1. Introduzzjoni: “Jekk kulħadd jagħmel hekk… X’jiġri?” (5 minuti)

Uri fuq il-bord/ppt jew għid dawn is-sentenzi:

  • Jekk kulħadd jitfa’ biċċa karta mal-art…
  • Jekk kulħadd jasal tard…
  • Jekk kulħadd jipparteċipa u jgħin persuna waħda…
  • Jekk kulħadd jitbissem lil xi ħadd…
  • Jekk kulħadd jikkopja fl-eżami…
  • Jekk kulħadd iħawwel siġra…

Staqsi: X’jiġri jekk kulħadd jagħmel l-istess għażla?

Enfasizza li ħafna drabi ma naħsbux fuq l-effett li l-għażla tagħna għandha meta ssir minn kulħadd. Meta nagħżlu li nipparteċipaw permezz ta’ attijiet żgħar ta’ tjubija, responsabbiltà u kura, l-azzjonijiet tagħna jistgħu jagħmlu differenza pożittiva għall-komunità kollha.

 2. Anima l-Istorja ta’ Christoph u Vanessa.

Tista’ wkoll tipprepara l-qari tal-istorja qabel biex tkun tista’ tirrakkontaha fi kliemek.

Christoph u Vanessakienu ser jiżżewġu u għalhekk stiednu lir-raħal kollu għat-tieġ. Huma ma ridux rigali imma talbu li kull mistieden jieħu miegħu flixkun inbid aħmar bied jipparteċipa biex jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni u jaqsmu mal-kumplament tal-mistednin. Meta kienu jaslu fil-post tat-tieġ, il-waiters kienu jgħidu lill-mistednin biex iferrgħu l-inbid li ġabu magħhom f’ġarra kbira li kien hemm f’nofs is-sala. Kulħadd ferra dak li ġab miegħu. Meta fetħu l-vit tal-ġarra biex jaqsmu dak li kull mistieden ġab miegħu, niżel likwidu trasparenti…li meta daquh ma kienx għajr ilma.

Kull mistieden ħaseb waħdu u qal: Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza! Billi nieħu ilma mhux ser jindunaw. Imma ġara li dak li ħaseb wieħed, ħasbuh l-oħrajn ukoll u r-riżultat kien biss festa medjokri.

3. Mistoqsijiet biex toħloq diskussjoni: 5 minuti

Wara l-qari tista’ tistaqsi:

  • Min kien responsabbli?
  • Min kien ħati ta’ dak li ġara?
  • Kienet persuna waħda li qerdet il-festa?
  • Kif setgħet kull persuna tipparteċipa u tikkontribwixxi lejn il-komunità kollha billi tagħmel il-parti tagħha?

Ħalli ftit silenzju qabel tkompli. Imbagħad staqsi:

  • X’inhi d-differenza bejn “kulħadd hekk jagħmel” u “nagħmel dak li huwa tajjeb”?
  • Għaliex in-nies kultant jagħżlu t-triq il-faċli milli jipparteċipaw u jgħinu lill-oħrajn?
  • X’jiġri meta kulħadd jaħseb biss fih innifsu?
  • X’jiġri meta kulħadd jagħżel li jipparteċipa u jikkontribwixxi?

Enfasizza:

Kulħadd ħaseb: “Il-kontribut tiegħi mhux se jagħmel differenza.” Madankollu, peress li kulħadd ħaseb bl-istess mod, iċ-ċelebrazzjoni ma rnexxietx. Nipparteċipaw flimkien ifisser li nagħrfu li anke l-iżgħar kontribut tagħna huwa importanti. Meta kull persuna tipparteċipa u toffri dak li tista’, nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja tal-oħrajn u fil-komunità kollha.

4. Spazju ta’ talb / Riflessjoni Spiritwali (5 minuti)

Riżorsi meħtieġa:

  • Ġarra jew kontenitur trasparenti mimli bl-ilma u poġġih fuq mejda.
  • Ħdejn il-ġarra, agħmel qoffa b’karti b’forma ta’ flixkun.
  • Lapsijiet/biros.

Istruzzjoni:

  • Stieden lill-istudenti jaħsbu dwar xi ħaġa tajba li jistgħu jagħtu lill-oħrajn pereżempju:

 imħabba, fiduċja, ġenerożità, tbissima, għajnuna, servizz, talb, verità, qsim ta’ talenti

  • Agħti flixkun tal-karti lil kull student/a u fuqu jiktbu jew ipinġu dak li ser jagħtu lill-oħrajn.
  • Wara, jitfgħu l-flixkun tal-karti  ġewwa l-ġarra waqt li jitolbu l’Alla jgħinhom jaqdu flimkien.

Ftakar li: Il-komunitajiet ma jinbidlux b’persuna waħda straordinarja. Jinbidlu meta ħafna nies ordinarji jagħżlu li jipparteċipaw flimkien ma’ oħrajn u jagħmlu t-tajjeb kuljum.

Attivitajiet oħra (Jekk min qed imexxi jkollu aktar ħin mal-istudenti.)

5. Story Mapping permezz tat-Tpinġija

Jekk ikun hemm ħin, tista’ ssir lejn l-aħħar.

Istruzzjoni:

Agħti karta A4 maqsuma f’6 kaxxi lill kull student.

Spjega li f’kull kaxxa, l-istudenti se jpinġu dak li semgħu fl-istorja.

L-għan hu li joħolqu mappa viżwali tal-istorja  u permezz tagħha,  jagħrfu  jirrakuntawha lill-oħrajn.

Gwida ta’ dak li l-istudenti jistgħu jpinġu:

  • Il-persuni – Christoph u Vanessa u l-mistednin fil-festa.
  • Il-post – sala, mejda u ġarra kbira
  • Il-pjan – pinġi flixkun inbid u ikteb: “Kulħadd kien mistieden iġib flixkun inbid.”
  • Il-problema – Pinġi persuna taħseb u ikteb“Il-flixkun tiegħi mhux ser jagħmel differenza.”
  • L-għemil – Pinġi l-flixkun mimli ilma.
  • It-tagħlima – Pinġi lilek innifsek tipparteċipa mal-oħrajn u tagħmel xi ħaġa tajba pereżempju: idejn jgħinu, qalb li tħobb, xufftejn jitbissmu, tgħin lill-ħbieb. Ikteb: “Jiena nagħmel differenza.”

Ideat ta’ kif tgħin lill-istudenti jifhmu iżjed u jirrrakontaw l-istorja huma stess.

6. Nuri u Ngħid

Meta kulħadd jispiċċa, l-istudenti jistgħu jaqsmu dak li pinġew ma’ student jew mal-klassi u jirrakuntaw l-istorja tagħhom. Min jixtieq jista’ jispjega dak li pinġa dwar l-istorja. Jista’ wkoll jaqsam dak  li  kiteb fuq il-flixkun tal-karti u kif jista’ jagħmel differenza fil-familja, fl-iskola jew mal-ħbieb tiegħu.

B’dan il-mod, il-mappa tal-istorja ma tibqax biss viżwal tal-istorja, iżda ssir riflessjoni personali dwar il-kontribut li kull wieħed jista’ jipparteċipa fih u jagħti lill-komunità.

Messaġġ Finali

Il-problema tal-istorja ma kinitx l-ilma. Il-problema kienet li kulħadd emmen li l-għażla tiegħu ma kinitx importanti. Fir-realtà tal-ħajja jiġri l-oppost: kull għażla tagħmel differenza.

Il-mistoqsija mhijiex “X’se jagħmlu l-oħrajn”, imma “X’se nġib jien fil-‘ġarra’ tal-komunità tiegħi?”

Talba

Mulej,

Xi kultant naħsbu li dak li nagħmlu ma jagħmilx differenza.

Agħtina l-kuraġġ nagħżlu t-tajjeb u nipparteċipaw bi tjubija, anke meta ħaddieħor jagħżel mod ieħor.

Għinna noffru t-talenti u l-ħin tagħna mill-aħjar li nistgħu lill-familji tagħna, lill-komunitajiet tal-iskola tagħna u lill-ħbiebna.

Għallimna nipparteċipaw flimkien, billi nagħrfu li anke l-iżgħar azzjonijiet tagħna jistgħu jagħmlu differenza.

Għinna nkunu persuni li nġibu aktar imħabba, ġustizzja u tama fid-dinja.

Ammen.

English