L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bil-kollaborazzjoni ta’ Spiritual Development in Schools ser torganizza għal darba oħra erba’ sessjonijiet ta’ kitba, qari u riflessjoni u talb b’mod kreattiv u hands-on bl-isem ‘Titkellem Ruħna’ (Soul Speak) għal tfal mir-4 sena sas-6 sena tal-iskola primarja li l-etajiet tagħhom huma minn 8 sa 10 snin.

  • It-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023
  • It-Tlieta 17 ta’ Jannar 2023
  • L-Erbgħa 1 ta’ Frar 2023
  • It-Tlieta 7 ta’ Frar 2023
  • National Literacy Agency, Ħamrun
  • 60 Euro
  • 4.30pm – 6.30pm

Is-sessjonijiet huma dwar:

Dawn is-sessjonijiet iservu ta’ opportunità tad-deheb biex it-tfal jitħarrġu fil-proċess tal-kitba kif ukoll jitolbu b’mod kreattiv. Tul dawn is-sessjonijiet it-tfal jingħataw riżorsi kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż biex jistgħu jesprimu ruħhom bil-lingwa li jixtiequ. It-tfal li jipparteċipaw ikun meħtieġ li jkunu jafu jitkellmu u jiktbu b’Malti u b’Ingliż ta’ livell xieraq għall-età tagħhom.

Fl-aħħar tal-programm ikun hemm esebizzjoni tax-xogħlijiet u attività ta’ ċelebrazzjoni fejn jingħataw ċertifikat lil min ikun attenda l-erba’ sessjonijiet. Hawn taħt tista’ tara xi ritratti mill-programm ‘Titkellem Ruħna (Soul Speak)’

Applikazzjoni

Biex tapplika, jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected] b’din l-informazzjoni: isem u kunjom tat-tifel/tifla, data tat-twelid, klassi, skola, isem tal-ġenitur/ġenituri, numru tat-telefon u l-email address JEW imla din il-fomola:

"*" indicates required fields

DD slash MM slash YYYY

Il-pagament għandu jsir pemezz ta’ ċekk pagabbli lill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu u għandu jintbgħat lill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu, National Curriculum Centre, Triq Joseph Abela Scolaro, Ħamrun, ĦMR 1304. Għall-aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 2598 3326.