English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw il-fest ta’ Sant Agata. Sant Agata kienet tfajla minn Sqallija li tat ħajjita lil Ġesu’. Jgħidu li din il-qaddisa għexet għal xi żmien Malta, u bis-saħħa tagħha anke frankajna attakk tal-furbani. Hija l-protetriċi tal-gżejjer Maltin, jiġifieri tħares fuqna u tieħu ħsiebna. Issa ejja naraw dan il-filmat flimkien.

Ara

Saqsi x’ laqathom mill-filmat.

Ħsieb Riflessiv

Sant Agata qeda tħares lil gżiritna, l-gżira li għadna kemm rajna fil-filmat. Huwa importanti li nirrispettaw l-pajjiżna: l-art, in-nies, in-natura u t-tradizzjonijiet.

Talba

Għażiż Alla, ngħidulek grazzi ta’ Sant Agata bħala patruna ta’ Malta. Ngħidulek grazzi għal pajjiżna u l- ħafna affarijiet sbieħ li għandu x’ jagħtina. Ammen.

English

« Back to Year Theme