English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Ħelow! Il-Ġimgħa li ġej, 16 ta’ April, hi l-festa ta’ Santa Bernardette ta’ Lourdes. Din hi tifla qaddisa speċjali. Ejjew naraw dan il-vidjow dwarha flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Lura mill-vaganzi tal-Għid. Iż-żmien tal-Għid hu żmien meta aħna niftakru kemm hu kbir Alla tagħna. Alla l-ħin kollu jagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb, li aħna nsejħulhom għeġubijiet. Hu qajjem lil Ġesù mill-mewt! Darba minnhom, din it-tifla, li jisimha Bernardette jew Bernardina, li llum insejħulha Santa Bernardette, esperjenzat il-mirakli tal-fejqan u qalet lil kulħadd dwar dawn l-għeġubijiet. Hi tridna nkunu nafu li Alla jrid jeħlisna mill-ħażin imma jeħtieġ li aħna nafdaw fih u nitolbu kuljum. Biex inkunu nistgħu nagħmlu dan, Alla jridna nieqfu u napprezzaw dak li hu għamel u għadu jagħmel għalina.

Talba

Għażiża Santa Bernardette, għinni biex nimxi fuq l-eżempju tiegħek biex inħobb lil Alla, nitlob spiss, ngħin lil dawk li qegħdin ibatu u nirrispetta l-għeġubijiet tal-imħabba ta’ Alla. Ammen

Idea Addizzjonali

WK13 MT PY

English

« Back to Year Theme