English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser nitkellmu fuq San Pawl, billi nhar il-Erbgħa ser niċċelebraw l-festa tiegħu. San Pawl huwa importanti għalina għaliex urina l-imħabba ta’ Ġesu’. Ejja naraw dan il-filmat flimkien.

Ara

Staqsi lill-istudenti jekk jiftakrux l-isem tar-raġel li għen lil San Pawl.

Ħsieb Riflessiv

F’ dan il-filmat rajna raġel jismu Anania, li għen lil Pawlu. Pawlu rrispetta lil Anania bħala l-għalliem tiegħu. San Pawl jagħtina eżempju li nafu kemm nafu, dejjem irridu nirrispettaw lil dawk ta’ fuqna – l-għalliema u edukaturi, ġenituri u ‘l quddiem l-imgħallmin.

Talba

Għażiż Alla, għena nifhmu li għalkemm nafu ħafna ma nafux kollox. Għena biex nirrispettaw lill-edukaturi u l-ġenituri tagħna u kull minn jgħallimna b’xi mod. Ammen.

English

« Back to Year Theme