English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fil-5 ta’ Ġunju, niċċelebraw il-jum dinji tal-ambjent, ġurnata iddedikata sabiex jiżdied l-għarfien għas-sbuħija li nsibu madwarna u sabiex nieħdu iżjed azzjonijiet sabiex nieħdu ħsieb id-dinja. Ejja naraw dan il-filmat flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ dan il-filmat rajna xeni mill-isbaħ u forsi oħrajn mhux daqshekk. Ejja niftħu għajnejna sabiex nsiru iżjed responsabli għad-dinja u b’ azzjonijiet żgħar nagħmluha aħjar biex ngħixu fiha.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazjawk tad-dinja sabiħa. Għina ħa nsiru iżjed responsabli u nieħdu iżjed ħsieba permezz ta’ bidliet żgħar kuljum. Ammen

English

« Back to Year Theme