English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Fis-16 ta’ Jannar niċċelebraw il-Jum Internazzjonali għal-Libertà Reliġjuża. Madwarna, insibu nies li għandhom reliġjonijiet differenti. Eżempju l-Insara jmorru l-Knisja, il-Musulmani jmorru l-Moskea u l-Hindus imorru fit-Tempju. F’dan il-vidjow ser naraw ħamest itfal li għandhom ħames reliġjonijiet differenti – Insara, Lhud, Musulmani, Ħindu u Buddisti. Ser narawhom waqt li jieklu l- kolazzjon, jilbsu u jmorru fil-postijiet fejn jitolbu skont ir-reliġjon tagħhom.

Ara

Staqsi lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Kulħadd għandu d-dritt li jagħżel u jipprattika r-reliġjon tiegħu. Qatt m’għandna niġġudikaw, nidħku, nittrattaw ħażin u/jew inweġġgħu lil dawk li jipprattikaw reliġjon differenti minn tagħna. Għandna dejjem nirrispettaw lil kulħadd għax kulħadd liberu li jkellem lil Alla bil-mod tiegħu.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk talli tħobbna u talli tkun magħna. Għinna nirrispettaw ir-reliġjon u t-twemmin ta’ xulxin. Nitolbuk taħfrilna jekk kien hemm xi drabi li warrabna jew ittrattajna ħażin lil xi ħadd għax kien jidher differenti minna jew għaliex jipprattika
reliġjon differenti minn dik li nipprattikaw aħna. Għin lil dawk kollha li jweġġgħu minħabba r-reliġjon tagħhom. Ammen.


Attivitajiet ta’ Talb Relatati

Opportunity Keys

This prayer activity encourages students to think about new opportunities they have in their lives and how they can make the most of them.

Unity Tree

During this prayer space one is encouraged to think about the school community he belongs to.

One Big Family

This prayer space allows one to reflect on friends. While praying for them and creates a loop on the paper chain one is invited to remember that everyone forms part of one big family, the family of God.

>> Iktar Attivitajiet ta’ Talb

Stejjer Relatati

One World

The story is about a boy who signed up with the football nursery. During the half-time of a game, he stopped to look at a world map on the billboard. Together with his coach and friends, they write prayers for the countries of the world.

In Silence in a Garden

The story is about sixth-grader pupils who went on an outing at San Anton Gardens. They walked along a path full of flowers and trees that led them to wooden benches. They sat in a comfortable position with their backs straight to the bench and carried out a ten-minute Christian meditation.

Cardboard on the Pavement

The story is about a girl who travelled to London to watch a musical. On her way to the theatre with her parents, she saw a small boy with his mother lying on a piece of cardboard on the pavement. The girl sought how she could help these homeless people.

>> Iktar Stejjer

English

« Back to Year Theme