English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa, fl- 20 ta’ Ġunju naħsbu iżjed fir-refuġjati. Ejja naraw ftit dan il-filmat sabiex nifhmu aħjar il-ħajja tagħhom.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Sakemm rajna dan il-filmat 75 persuna ġew sfurzati jħallu d-dar tagħhom. Aħseb u ara f’ġurnata. Kif tħossok kieku tiġi sfurzat tmur tgħix x’imkien ieħor? Huwa d-dmir tagħna bħala nies u nsara li nilqgħu lil dawn in-nies, biex nagħtuhom saqaf u sigurtà.

Talba

Għażiż Alla, nitlobuk tgħina niftħu qalba sabiex ngħinu lir-refuġjatu jsibu kenn kullimkien. Għin lir-refuġjati biex qatt ma jaqtaw qalbhom u jżommu sodi fil-vjaġġ tagħhom. Ammen

English

« Back to Year Theme