English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-8 ta’ Marzu huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Ejjew naraw x’ser jgħidulna dawn it-tfal.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Madwarna naraw ħafna nisa li għalina huma speċjali. Dawn it-tfal semmew lil ommhom iżda nisa speċjali jistgħu jkunu n-nanniet, iz-zijiet, ġirien ommijiet li jkunu ‘foster mummies’ u ommijiet addottivi, għalliema u oħrajn; nisa li jaħdmu, li jħobbu, li jagħmlu kulma jistgħu biex joħolqu dinja aħjar għalihom, għall-oħrajn u għat tfal tad-dinja kollha; nisa li joħolmu dinja mimlija paċi; nisa li qed ibatu u li qed jiġu ttrattati ħażin jew ittrattati bħala skjavi; nisa li ma għandhomx d-dritt li jitkellmu, bniet li m’għandhomx id-dritt li jedukaw ruħhom, li jaqraw jew jużaw il-medja soċjali; tfal bniet li ma jistgħux jesprimu lilhom nfushom la fil-kitba, la fl-arti, la fl-iżfin u lanqas fil-logħob.

Talba

O Alla, nitolbuk tieħu ħsieb in-nisa u l-bniet kollha madwar id-dinja speċjalment dawk li mhumiex qed jiġu rrispettati. Ammen.

English

« Back to Year Theme