English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din il-ġimgħa hija dedikata għas-sigurtà fit-triq. Ġimgħa fejn nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq l-importanza tas-sigurtà u rispett fit-toroq.

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ dan il-filmat rajna diversi punti fuq kif nistgħu nkunu iktar sikuri fit-triq. Dawn il-punti jgħinuna nuru iżjed rispett fit-triq. Rispett li huwa importani kemm għalina kif ukoll għal ħaddieħor – sewwieqa, passiġġiera u dawk mexjin. Dawn l-affarijiet żgħar jistgħu jsalvaw ħajja.

Talba

Għażiż Alla, berikna bl-abilità li nuru dejjem rispett fit-toroq biex b’hekk nieħdu ħsieb ħajjitna u l-ħajja ta’ dawk madwarna. Ammen

English

« Back to Year Theme