English

Introduzzjoni

Animatur

Għeżież tfal, ninsabu fiż-żmien sabiħ tal-Għid, żmien ta’ ferħ u paċi għaliex Ġesù qam! Ġesù reġa’ jinsab magħba! Huwa ħaj u mhu se jitlaqna qatt!

Kanzunetta

Praise Ye the Lord

Diskussjoni Żgħira

Il-Qabar Vojt

Il-Qabar Vojt

Darba waħda Ġesù miet fuq is-salib u difnuh ġo qabar.

  1. X’inhu qabar?

Stenna ftit risposti mingħand it-tfal. Imbagħad agħtihom din ir-risposta.

Qabar huwa l-post fejn ipoġġu lil dawk in-nies li jkunu mietu.

Il-qabar ta’ Ġesù kien jinsab fuq għolja u kien jinfetaħ u jingħalaq b’ġebla kbira li ddur.

Il-ġebel li jkunu quddiem l-oqbra jkun kbar u tqal ħafna biex wieħed idawwarhom!

Xi nisa ġew iżuru/jaraw il-qabar ta’ Ġesù.

Meta xi ħadd imut, il-familja u l-ħbieb tiegħu imorru ħdejh, ħdejn il-qabar, iċ-ċimiterju u jpoġġu fjuri u xemgħa fuq il-qabar.

Ġesù kellu l-familja u l-ħbieb tiegħu li mmissjawh.

Il-Ħadd filgħodu kmieni, ta’ wara li miet, (Ġesù miet il-Ġimgħa), xi nisa, li kienu ħbieb u familjari, marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù. Waħda minn dawn in-nisa kien jisimha Marija ta’ Magdala.

Huma marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù filgħodu kmieni, ftit wara li telgħet ix-xemx.

Meta waslu, sabu li l-qabar kien vojt! Il-ġebla kienet imdawwra u l-qabar miftuħ! Ħadu qatgħa!

  1. Anġlu qalilhom li Ġesù qam!

Marija Maddalena, waħda minn dawk in-nisa kienet qegħda tibki ħdejn il-qabar.

Għalfejn taħsbu li kienet qegħda tibki?

Kienet qed tħossha imdejjqa.

Meta reġgħet ħarset lejn il-qabar, rat żewġ anġli bilqiegħda.

L-Anġli staqsewha: “Għalfejn qegħda tibki?”

Madalena weġibtihom, “Ġesù mhux hawn, ma nafx fejn qiegħed.”

  1. Marija Madalena ħarset madwarha u rat lil Ġesù bil-wieqfa imma m’għarfitux.

Ġesù staqsieha, “Għalfejn qegħda tibki?”

Hi ħasbet li kien dak li jieħu ħsieb il-ġnien, u qaltlu, “Jekk jogħġbok, għidli fejn ħadtuh lil Ġesù ħalli nerġa’ nġibu hawnhekk.

Imbagħad Ġesù qalilha, “Marija.”

Dak il-ħin, għarfitu. Indunat li kien Ġesù

Logħba

Fittex u sib il-bajd tal-Għid.

Minn qabel l-għalliema taħbi xi ftit bajd tal-Għid madwar il-klassi, ta’ veru jew tal-plastic u t-tfal ifittixuhom. Minn isib xi waħda, jgħajjar, “Allelujah!”

Kanzunetta

Huwa Ħaj, Huwa Ħaj

It-tfal jaqbżu, jifirħu u jiżfnu waqt li jisimgħu l-kanzunetta.

Talba

Għażiż Alla,
Grazzi li Ġesù miet għalina lkoll fuq is-salib!
Grazzi li qam mill-imwiet!
Grazzi li jinsab ħaj magħna għal dejjem!
Ammen.

Ipprintja l-paġna

English