Merħba
Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.
Riflessjoni
Alla jrid jaħfrilna dnubietna. Kull darba li nagħmlu xi ħaġa ħażina, inweġġgħu l-ħbiberija tagħna ma’ Alla, mal-oħrajn, u magħna nfusna. Ejjew naħsbu f’xi ħaġa li jiddispjaċina li nkunu għamilna u noffruha lil Alla.
Minuta silenzju.
Għanja
Ejjew nkantaw flimkien:

Talba
Għażiż Mulej, għinni nitgħallem jiddispjaċini għall-azzjonijiet ħżiena tiegħi biex nerġa’ nsir ħabib miegħek u mal-oħrajn. Ammen.