English

Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/Waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti!

Merħba għar-riflessjoni tal-lum fuq li ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u ġenerożità. Aħna li nimxzu wara Kristu, aħna msejħin nkunu strumenti ta’mħabbtu fid-dinja billi nxerrdu l-paċi u l-ġenerożità kull fejn immorru. Illum, se niflu kif meta nħaddnu dawn il-kwalitajiet nistgħu nbiddlu ħajjitna u dik ta’ dawk ta’ madwarna.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw vidjo klipp qasir bit-titlu:

Generosity Short Film

Animatur: Kemm iġiegħelek taħseb dan il-vidjo hux?

Ifakkarna x’qawwa għandhom il-ġenerożità u l-paċi li jġibu bidliet.

Issa, oqogħdu rriflettu ftit fuq dak li għadkom kif rajtu u ddiskutu l-ġenerożità f’ħajjitna.

Riflessjoni

Animatur: F’dinja mimlija b’diviżjoni u egoiżmu, il-paċi u
l-ġenerożità b’kuntrast jidhru aktar u aħjar bħala sinjali ta’dawl. Il-Bibbja ssejħilna biex nistinkaw wara l-paċi u biex inkunu ġenerużi fl-azzjonijiet u l-atteġġamenti tagħna. F’Mattew 5, 9, Ġesù jgħallimna:

“Imbierka dawk li jirsistu għall-paċi, għax huma jissejħu t-tfal t’Alla.”

Dan il-vers ifakkarna li l-paċi ma tfissirx biss  nuqqas ta’ konflitt imma tfittxija attiva tal-għaqda u tar-rikonċiljazzjoni. Meta ngħixu fil-paċi nirriflettu l-identità tagħna bħala ulied Alla u nsiru strumenti li nġibu l-bidliet pożittivi fil-komunitajiet tagħna.

L-animatur jistieden lill-istudenti jiflu sitwazzjoni fejn ġarrbu l-paċi jew kienu xhieda ta’ att ta’ ġenerożità.

X’effett kellha fuqek u f’dawk li kienu nvoluti?

L-animatur jagħmel waqfa biex jipparteċipaw l-istudenti.

Animatur: Il-paċi u l-ġenerożità jmorru id f’id. Meta nħaddnu spirtu ta’ ġenerożità, noħolqu ambjent fejn l-imħabba u l-mogħdrija jsaltnu. Meta naqsmu l-ħin, it-talenti, u riżorsi mal-oħrajn, aħna nkunu qed inwessgħu l-imħabba ta’ Kristu u nħeġġu sens ta’ għaqda.

Attività

L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet biex l-istudenti jieħdu sehem.

  1. Kif nistgħu naħdmu għall-paċi fir-relazzjonjiet tagħna mal-oħrajn, speċjalment fi żminijiet ta’ konflitt jew nuqqas ta’ qbil?
  2. Semmi xi modi prattiċi kif nistgħu nuru ġenerożità fil-ħajja ta’ kuljum, kemm fil-komunità tagħna kemm ’il bogħod minnha?
  3. Hemm xi eżempji f’ħajtek fejn ħassejt l-effetti tal-ġenerożità li jinfirxu malajr u awtomatikament?
  4. Kif att ta’ ġenerożità li rajt jew li saret miegħek ħeġġitek tagħmel azzjoni ġeneruża ma’ ħaddieħor?

L-animatur jgħid lill-istudenti biex joqogħdu ftit jiddiskutu dawn il-mistoqsijiet ma’ student ieħor, jew jiktbu ħsibijiethom għal riflessjoni personali.

Talba

Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna w ndawru qlubna lejn Alla fit-talb.

Għażiż Mulej, għallimna l-ferħ tal-ġenerożità biex inkunu nistgħu naqsmu volontarjament il-barkiet Tiegħek mal-oħrajn. Nitolbu li qlubna jkunu miftuħa għall-ħtigijiet tal-oħrajn u tħeġġiġna li nagħtu b’altruiżmu, għax nafu li meta nagħmlu hekk inkunu qed nirriflettu l-imħabba kotrana Tiegħek.

F’isem Ġesù Kristu, il-Prinċep tal-paċi u l-mudell tal-ġenerożità, nitolbu. Ammen.

Konklużżjoni

Animatur: Grazzi lil kulħadd talli ngħaqaddtu magħna llum f’din ir-riflessjoni li ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u ġenerożità. Jalla nkunu mimlija bil-paċi ta’ Kristu u jalla li ħajjitna tfur bil-ġenerożità, u b’hekk nħallu impatt pożittiv fil-komunitajiet tagħna u fid-dinja. Jalla jkollkom jum imbierek!

Generosity