English

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Il-ġenerosità ma tfissirx li taqsam ikel jew affarijiet żejda tagħna, jew tagħti xi ftit ħin minn tiegħek. Il-ġenerożità vera tfisser tagħti sakemm tweġġa’ bi tbissima kbira. Meta wieħed ikun ġeneruż ikollu fih paċi ġewwinija fih. Ġesù Kristu twieled f’maxtura ġo għar fqajjar tal-bhejjem fis-silenzju u s-solitudni sabiex il–bniedem jikkonċentra aktar fuq dak li huwa essenzjali fil-ħajja tiegħu. (L-essenzjali fil-ħajja huwa li tiffoka fuq dak li tkun qed tagħmel f’dan il-mument, issa, u li tħoss il-preżenza kontinwa t’ Alla.)

Għanja

Ejjew nkantaw flimkien:

Talba

Ġesù, grazzi talli sirt wieħed minna, talli tifhimna, u għall-preżenza tiegħek. Għinna naqsmu l-messaġġ Tiegħek ta’ paċi u ħniena ma’ kulħadd. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English