English

Introduzzjoni

X’tifhem bil-kelma komunità?

(L-animatur jikteb il-kelma komunità fuq karta daqxejn kbira jew fuq il-bord interattiv u madwarha jikteb jew tikteb id-definizzjonijiet li jagħtu l-istudenti).

Riflessjoni

Komunità tfisser grupp ta’ nies li għandhom affarijiet komuni. Nies li jgħixu fl-istess żona, jattendu l-istess skola, jagħmlu l-istess attivitajiet jew għandhom sfond simili.

Attività

Attività

Tistà taħseb f’żewġ komunitajiet differenti li inti tagħmel parti minnhom?

(L-istudenti jagħmlu dan l-eżerċizzju b’mod individwali, imbagħad jaqsmu bejniethom. Jekk iridu jistgħu jiktbu jew ipinġu dwar il-komunitajiet tagħhom fuq biċċa karta.)

Għanja

Tipi ta’ komunitajiet għat-tfal- X’inhi komunità?

Talba

Grazzi Mulej, tal-komunitajiet differenti tagħna. Bierek il-komunitajiet tagħna li aħna niffrekwentaw spiss u għinna biex inkunu dejjem lesti biex naqsmu l-imħabba tiegħek f’dawn il-komunitajiet. Ammen.

English