English

Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti!

Nilqgħukom għar-riflessjoni tal-lum fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-gratitudni. Aħna li nimxu wara Kristu, aħna msejħa li nrawmu attitudni ta’ gratitudni, għax nirrikonoxxu l-barkiet kotrana f’ħajjitna, waqt li nesprimu gratitudni lejn Alla u l-oħrajn. Illum, ser niflu l-qawwa tal-gratitudni u kemm din tista’ ġġib bidliet, u kif tista’ ssawwar qlubna u r-relazzjonijiet tagħna.

Vidjo Klipp

Mr Thankful || A Harvest Short Film

Animatur: Hux kien sabiħ dan il-vidjo? Ifakkarna fil-qawwa tal-gratitudni li tbiddel il-mod kif naraw l-affarijiet u kif inrawmu qalb ta’ mħabba. Issa, noqogħdu ftit nirriflettu fuq dak li għadna kif rajna u niddikutu kif nistgħu nħaddnu l-gratitudni f’ħajjitna.

Riflessjoni

Animatur: Il-Bibbja ssejħilna nkunu nies ta’ gratitudni, li għandna nirringrazzjaw il-ħin kollu lil Alla għat-tjubija Tiegħu u l-barkiet li sawwab fuqna. F’ 1 Tessalonkin 5:18, naqraw:

“F’kollox għandek tgħid grazzi, għax dan hu li jrid Alla minnek f’Ġesù Kristu.”

Dawn il-kliem iħeġġuna nrawmu qalb grata f’kull ċirkostanza. Il-gratitudni tgħinna ndawru l-attenzjoni tagħna minn dak li m’għandniex għal dak li għandna, u b’hekk inkunu nistgħu napprezzaw id-doni u l-barkiet kotrana li bihom aħna mdawrin kuljum.

L-animatur jistieden lill-istudenti biex jiftakru f’xi okkażjoni fejn espresjoni ta’ gratitudni biddlet sitwazzjoni diffiċli jew ġabet ferħ lil ħajjithom jew f’dik ta’ ħaddieħor.

L-animatur jagħmel waqfa biex l-istudenti jipparteċipaw.

Animatur: Il-gratitudni mhix xi sentiment li jgħaddi malajr, imma hija mod ta’ ħajja. Jiftaħ qalbna għas-sbuħija tal-mument preżenti u jinkuraġġixxi konnessjonijiet aktar profondi ma’ Alla u ma’dawk madwarna.

Attività

L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet biex jipparteċipaw l-istudenti.:

  1. Kif nistgħu nipprattikaw gratitudni fil-ħajja ta’kuljum, anki meta jkollna sfidi u diffikultajiet?
  2. Semmi xi ftit modi prattiċi kif nistgħu nesprimu gratitudni lejn Alla u lejn l-oħrajn. Kif nistgħu nagħmlu l-gratitudni parti mir-relazzjonijiet tagħna w l-komunikazzjonijiet mal-oħrajn?
  3. Hemm xi qaddisin speċifiċi jew figuri bibliċi li l-eżempji tagħhom ta’ gratitudni jispirawk? Kif l-eżempju tagħhom iħeġġek tgħix ħajja ta’ gratitudni?

L-animatur jistieden l-istudenti joqogħdu ftit jiddikutu dawn il-mistoqsijiet ma’ ħbiebhom jew jiktbu ħsibijiethom għar-riflessjoni personali.

L-animatur jagħmel waqfa biex l-istudenti jipparteċipaw.

Talba

Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna u ndawru qlubna lejn Alla waqt li nitolbu.

Għażiż Mulej, grazzi għall-barkiet kotrana li ssawwab fuqna. Iftaħ għajnejna għas-sbuħija li hawn madwarna u agħmel li qlubna jkunu mimlija bi gratitudni.

Fl-isem ta’ Ġesù Kristu, li wriena t-triq tal-gratitudni u tar-ringrazzjament, nitolbu, Amen.

Animatur: Grazzi lilkom li ngħaqqaddtu magħna llum f’din ir-riflessjoni fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-gratitudni. Jalla ħajjitna tkun immarkata bi spirtu ta’ gratitudni, waqt li nħaddnu l-qawwa li ġġib il-bidla tal-gratitudni.

Ikollkom ġurnata mbierka!

English