English

Introduzzjoni

Meta ngħixu bħal aħwa niżviluppaw l-kapaċitajiet tagħna biex nagħmlu ħwejjeġ sbieħ lil xulxin.

Riflessjoni

Meta naċċettaw lil xulxin bħal aħwa, il-ħajja tagħna ssir aktar trankwilla u divertenti. Aħna lkoll speċjali u uniċi, u huwa essenzjali li naqsmu dak li jagħmilna uniċi, bħat-talenti tagħna, għax b’ hekk noħolqu armonija sabiħa ħafna bejnietna.

Attività

Imħabba tal-Qalb

(Tagħmir – oġġetti differenti fil-klassi, bord interattiv, bord abjad, jew karta lixxa)

Ifforma qalb kbira b’kull tip ta’ oġġetti li ssib fil-klassi, eżempju ċagħaq, blokki tal-Lego, blokki tal-injam, biċċiet ta’ karti, pinen, jew lapsijiet, u masking tape. Jekk dan mhux possibli,  pinġi wieħed fuq il-bord abjad fuq il-bord interattiv.

Fiehem lit-tfal kif il-qalb ta’ spiss tiġi użata biex tirrappreżenta l-imħabba għaliex din tagħti enerġija lin-nies u demm lill-ġisem. Dan id-demm (l-imħabba) tippermettilna ngħixu ferħana.

Għid lit-tfal isemmu nies li jħobbu u nies li jħobbuhom. Wieħed jista’ jiktibhom fuq biċċa karta w mbagħad ipoġġiha fin-nofs tal-qalb.

Vidjo Klipp

Familja

Talba

Talba viżiva. Tagħmir – kikkri tal-plastik għal kull tifel u skutella għall-klassi kollha/grupp b’pulzier ilma fiha, strixxi karti tar-roll tal-kċina, u bord abjad bil-pinen li jimmarkaw.

Fuq l-istrixxi tal-karti pinġi qalb u aħseb f’persuna li kultant issibha diffiċli tħobb. Imbagħad, kulħadd ipoġġi l-istrixxa fl-ilma u josserva l-ilma tiela’ mal-istrixxa u ġol-qalb, u l-qalb timtela’ bl-ilma. Fiehem lit-tfal li dan huwa simbolu ta’  x’nihmu bl-imħabba t’Alla u kif  l-imħabba tiegħek għandha tilħaq lil kulħadd.

Jekk il-ħin huwa limitat jew in-numru tal-grupp huwa kbir, l-animatur jista’ jagħmel l-esperiment waħdu waqt li t-tfal kosservaw, u l-għalliema tal-klassi jistgħu jirrepetuh fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

Ipprintja l-paġna

English