English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-ilma huwa riżors naturali prezzjuż immens. Kull ħaġa li għandha l-ħajja għandha bżonn l-ilma biex tgħix, kemm il-bnedmin, kemm l-annimali kif ukoll il-pjanti. L-ilma jagħmel il-ħajja possibli fuq l-art. L-ilma jintuża’ spiss fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Wieħed għandu jagħraf juża’ l-ilma b’mod għaqli, kemm biex jgħin lilu nnifsu u anke lill-pjaneta tagħna. Ejjew naraw dan il-filmat flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Wieħed jista’ jgħix mingħajr ikel imma mhux mingħajr ilma. Huwa bżonn li nieħdu ħsieb li ma naħlux ilma biex insalvaw id-dinja tagħna. Huwa d-dmir tagħna lkoll li nieħdu ħsieb l-ilma filwaqt li nużawh b’mod tajjeb f’kull ċirkustanza tal-ħajja ta’ kuljum. Importanti wkoll li naħdmu biex  l-ilma tagħna ma jkunx imniġġes bil-kimiċi jew sustanzi oħra perikolużi għas-saħħa tal-bniedem. Ejjew nisimgħu l-ħsejjes ta’ oċejan filwaqt li naħsbu ftit dwar dan:

Talba

O Alla, grazzi li tajtna l-ħajja. Għinna nkunu iktar attenti u nifhmu kemm huwa prezzjuż u bżonnjuż l-ilma fil-ħajja. Għinna biex nużawh b’mod għaqli kemm għas-saħħa tagħna u biex nieħdu ħsieb id-dinja tagħna. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English