English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Illum se naħsbu ftit u se naraw kemm il-kelma ‘skużani’ hija kelma importanti ħafna. Ejjew nkantaw flimkien/naraw dan il-video:

Kinder

Snin Bikrin tal-Primarja

Ħsieb Riflessiv

Meta niskużaw ruħna, naħfru, nerġgħu nagħmlu ħbieb, ifisser li nkunu qed inħobbu lil dak li forsi ma ħax pjaċir b’dak li għamlilna. Aħna t-tfal irridu nkunu dejjem ferħana u nferrħu lill-oħrajn. San Ġorġ Preca jgħallimna ħafna dwar dan: għandna dejjem nkunu ħbieb ma’ kulħadd.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti. Il-festa tiegħu niċċelebrawha fid-9 ta’ Mejju.

Talba

O Alla, għinna biex nħobbu dejjem lil xulxin u ma ninsewx il-kelma “skużani.” Ammen.

Ipprintja l-paġna

English