English

Merħba

Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assembly jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda  bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.

Introduzzjoni

Aħna lkoll napprezzaw il-libertà tagħna u d-dritt tal-għażla. Ħafna jaħsbu li tkun liberu jfisser li tagħmel dak kollu li trid. Madankollu, il-liberta’ ttik ukoll responsabbilta’ kbira għax kull għażla li tagħmel se jkollha konsegwenzi tajbin jew ħżiena fuqek, fuq ħaddieħor u fuq id-dinja ta’ madwarek.

Kylie – studenta li għażlet il-paċi

Kull bniedem jista’ jiddeċiedi li tagħmel it-tajjeb, li taħseb f’ħaddieħor u mhux biss fil-progress u l-kuntentizza tiegħu.

Dan huwa  r-ritratt ta’ Kylie Grech, studenta li ddeċidiet li tgħin studenta oħra jisimha Valentina.

Valentina kellha diffikultà biex titkellem u tikkomunika mal-oħrajn u Kylie nnutat dan u ddeċidiet li tgħinha.

Fil-bidu tas-sena skolastika, Kylie għamlet l-almu tagħha biex tibni ħbiberija u djalogu ma’ Valentina u bdiet tgħinha tesprimi l-ħsibijiet tagħha. Hija stiednet ukoll lil Valentina biex tingħaqad mal-grupp ta’ ħbieb tagħha fil-ħin tal-break. Hija għenet lil Valentina f’suġġetti akkademiċi u kienet tispjegalha l-lezzjonijiet b’paċenzja u dedikazzjoni kbira. Valentina bdiet tgawdi l-iskola u saret motivata fl-istudji tagħha.

Matul il-lockdown tal-Covid-19, Kylie appoġġjat lil Valentina kemm soċjalment kif ukoll akkademikament. Bis-saħħa tal-inizjattivi meħuda minn Kylie, Valentina ma spiċċatx waħedha u kompliet l-istudji tagħha b’tama għal futur sabiħ.

Riflessjoni

Kylie ma ħasbitx biss fiha nfisha u fil-progress tagħha. Hi kienet konxja tal-bżonnijiet ta ‘studenti oħra. Hi għażlet li tagħmel it-tajjeb, B’hekk għenet biex toħloq dinja aktar ġusta u paċifika.

Talba

O Alla,

Għinna nagħmlu għażliet tajbin u nkunu responsabbli għall-paċi permezz tal-ħsibijiet, il-kliem u l-azzjonijiet tagħna.

Għinna nirrispettaw u nittrattaw lil xulxin b’mod ġust, nifhmu lil xulxin, nisimgħu u ngħinu lil xulxin sabiex inkunu nistgħu nifhmu iktar lil ħaddieħor u nibnu ħbiberiji mibnijin fuq il-kompassjoni u s-solidarjeta’. Ammen.

Il-Kulleġġ li huma ddedikati li Santa Margerita jiċċelebraw il-festa tal-patruna tagħhom Santa Margerita Reġina tal-Iskoċċiżi, fis-16 ta’ Novembru. Din it-talba, li hija parafrażi ta’ xi versi min-novena ta’ Santa Margerita, tista’ tintuża mill-mexxejja ta’ dawn il-kulleġġi biex itemmu l-assemblea:

O Alla,

Santa Margerita kienet persuna ġentili u taf tħobb.

Hi kienet tgħin lil kulħadd, speċjalment lill-foqra u lil dawk fil-bżonn.

Għinna nħobbu, ngħinu u nifhmu lil xulxin bħal Santa Margerita.

Ammen.

Attivitajiet u Riżorsi oħra

Arms Wide Open

In this prayer space one thinks of people who deserve a warm welcome and to pray so one puts love and compassion into practice.

Battlefield Hospital

This is a time so one reflects on healing broken hearts, on hearing what is aching the heart and how can one be a healer to others.

Beatitudes: Peace

In this prayer space one thinks about situations of conflict and then prays on bringing peace and reconciliation.

Unity Tree

During this prayer space one is encouraged to think about the school community he belongs to.

English