English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

It-tajjeb u l-ħażin. Kuljum ikollna ħafna għażliet x’nagħmlu. Waħda minnhom hija li rridu nitgħallmu nagħżlu li nagħmlu t-tajjeb. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Aħna dejjem liberi li nagħżlu dak li nagħmlu. Meta nagħżlu li nagħmlu t-tajjeb inkunu qed nagħmlu dak li jixtieq minna Alla, għax Alla twajjeb u ħalaq kollox tajjeb. Meta min-naħa l-oħra nagħżlu li nagħmlu xi ħaġa mhux daqshekk sabiħa, inkunu qed immorru kontra dak li Alla jixtieq. Xi drabi jkun diffiċli li nagħrfu jekk xi ħaġa, xi azzjoni hijiex tajba jew ħażina, imma jekk niftakru li Alla qiegħed dejjem jarana, nagħmlu ħilitna li dejjem nagħmlu t-tajjeb.

Talba

O Alla għinni biex dejjem naġixxi tajjeb, billi ngħin, inkun ubbidjenti, nuri r-rispett u nkun dejjem ferħan jew ferħana. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English