English

Ħin

30 minuta

L-għan

L-istudenti jifhmu li l-paċi tista’ tinkiseb tassew jekk nitgħallmu nħobbu, naċċettaw u naħfru lill-oħrajn.

Kisbiet tat-Tagħlim

  1. L-istudenti se jkunu jistgħu jsemmu eżempji prattiċi ta’ kif iħobbu u jirrispettaw sinċerament kemm mal-familja, l-iskola, il-ħbieb u f’komunitajiet oħra li jiffrekwentaw.
  2. Jispjegaw li l-imħabba hija deċiżjoni responsabbli li l-persuna tagħżel.

Riżorsi

PowerPoint presentation, interactive whiteboard


Introduzzjoni

L-ewwel pass

(Slide 1-2) L-animatur jibda billi jistaqsi lill-istudenti din il-mistoqsija: Xi jfisser għalik il-Milied? L-istudenti jistgħu jwieġbu bil-fomm jew jiktbu t-tweġibiet tagħhom fuq il-whiteboard interattiv jew fuq karta kbira jew flip chart. Imbagħad jikkummenta dwar it-tweġibiet tal-istudenti u jħeġġiġhom jiddiskutu dak li kitbu.

Żvilupp tal-Lezzjoni

It-tieni pass

(Slide 3)

Imbagħad l-animatur jitlob lill-istudenti jaraw dan il-filmat:

It-tielet pass

(Slide 4) Fi tmiem il-filmat l-animatur jistaqsi lill-istudenti dawn il-mistoqsijiet biex iħeġġiġhom jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Fuqhiex inhu dal-filmat?

X’taħseb li hu l-messaġġ tal-filmat?

Kif nistgħu nagħtu l-Milied tifsira iktar profonda?

X’nistgħu nagħmlu biex inferrħu lill-oħrajn fil-Milied?

Ir-raba’ pass

(Slide 5-10) L-animatur is-slajds biex l-istudenti jagħtu eżempji prattiċi ta’ kif jistgħu jġibu l-ferħ fil-Milied billi jkunu ta’ għajnuna, jaqsmu r-responsabbiltajiet jew id-dmirijiet, joffru l-ħin tagħna biex ngħinu u nisimgħu lill-oħrajn, nistiednu lil xi ħadd li huwa waħdu biex jingħaqad mal-ħbieb u l-attivitajiet tagħna, jilħaq, ikun ġeneruż mal-foqra u dawk fil-bżonn.

Il-ħames pass

 (Slide 11) L-animatur jagħti struzzjonijiet lill-istudenti li se jispiċċaw bit-talba għall-paċi minn San Franġisk.


Print this page

English