English

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Tajjeb li nfaħħru ‘l Mulej

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
 F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk: ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek’, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? Ja wiċċ b’ieħor! Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk. Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm”. (Lq 6:39-45)

pexels/david bartus: quest for depth

i. Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor?
Għalfejn qed jagħmilha mistoqsija?
Mhux donnu l-ovvju qed jgħid?
Għaliex isaqsi lili din il-mistoqsija?

Forsi jaf li għalija ovvja li jien M’INIX agħma?
Forsi jarani neħodha ovvja li kapaċi mmexxi lil ħaddieħor?
Forsi il-mistoqsija toffri sew konsulta u sew id-duwa?

Irrifletti:

  • Oqgħod ftit mal-mistoqsija.
pexes/caroline veronez: quest for perspective

ii. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int?
 Malajr inkun ser naħrablu l-mistoqsija!
U nibda niżen u nqabbel
Bejni u bejn ħija:
żgur li jien aħjar!
Ma niflaħx għal risposta differenti!

Imma Hu jgħidli “erġa aqra l-mistoqsija!”
U nilmaħ il-kelma “għaliex”.
Nara ċar fil-bogħod għax ma rridx nara ċar fil-qrib?
Insawwat lil ħija għax irrid nevita tiegħi?
Nara d-difetti tiegħu biex inħossni aħjar?

Id-duwa tiegħu?
Tinħeliex tqabbel! Tippanikkjax quddiem it-travu li għandek!
Innota kif iħares lejk u jilqgħek Alla.
U ssib post għat-travu!
U ssib li qed tħares u tilqa’ lil ħuk bl-istess mod!
Imbagħad hu isib post għat-tibna!

Irrifletti

  • Liema “difett” ma tiflaħx fik? Xi tfisser tieqaf quddiem l-imħabba t’Alla?
pexels/tim mossholder: quest for authenticity

iii. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf … mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Jerġa jgħid l-ovvju!
Ma joħroġx it-tin mix-xewk!
Imma l-ovvju jsir sfida.
Il-kwalità tal-kliem tikxef il-kwalità tal-qalb:
meta l-kliem
vojt
superfiċjali
iniggeż
qarrieq
ikisser
jifred
ixewwex

xi tkun il-kwalità tal-qalb?

Irrifletti

X’hemm f’qalbek? Fuq fommok?


3. Missierna  

English