Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
Il-lavanda hija fjura vjola sabiħa. Hija parti mil-ħolqien ta’ Alla, għax kien hu li ħalaq dak kollu li hawn madwarna. Meta nieħdu ħsieb in-natura u l-ambjent ta’ madwarna inħossuna fil-paċi.
Kanzunetta
Talba
Grazzi Mulej tal-ġmiel tan-natura li hawn madwarna. Ammen.
Merħba
Il-kap tal-iskola, membru tat-tmexxija tal-iskola jew edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi flimkien iroddu s-salib u jagħmlu minuta fis-skiet.
Riflessjoni
Is-simboli jgħinnuna nitgħallmu u nikkomunikaw. Il-Lavanda hija simbolu tal-paċi u l-purità. F’ħafna stabbilimenti tiltaqa’ mal-fjura tal-lavanda f’diversi forom. Fl-antik, il-lavanda kienet tintuża minn dawk li kienu jagħmlu l-ingwanti biex jevitaw mard u infezzjonijiet. Li tkun fil-paċi jfisser li tkun liberu/libera minn dak li qed jinkwetak.
Attività
Matul dan ix-xahar, l-istudenti jippruvaw ixommu xi ħaġa magħmluha mill-fjura tal-lavanda. Fi ftit mumenti fil-kwiet jieħdu ftit nifsijiet ‘il ġewwa u l barra filwaqt li jisimgħu ftit mużika u jħarsu ftit lejn il-fjura tal-lavanda f’dan il-video. Dan jgħinhom biex il-paċi tkompli tikber fil-qalb tagħhom.
Video
Talba
Alla Misser li ħlaqt kull m’hawn madwarna, għamel li l-paċi tkompli tikber fil-qalb tagħna billi nsibu ħin ħalli ngawdu iktar in-natura. Ammen.
Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 1
Ix-xahar ta’ Mejju huwa ddedikat lill-Verġni Marija li dejjem ippruvat iġġib il-paċi. Huwa għalhekk li l-Madonna hi rrispettata mhux biss mill-Insara iżda wkoll min-nies ta’ reliġjonijiet oħra bħall-Iżlam.
Marija kellha skop fil-ħajja u kienet konxja ta ‘dak li hu l-iktar importanti.
Slide 2
Hija tgħallimna li tkun xi tkun is-sitwazzjoni, il-karriera jew il-vokazzjoni tagħna fil-ħajja, nistgħu nużaw l-influwenza, l-intelliġenza u t-talenti tagħna biex nagħmlu ġid lill-oħrajn, biex inġibu l-paċi fid-dinja billi nkunu ta’ servizz għal dawk li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Nistgħu nużaw is-setgħa tagħna biex niġġieldu l-kriminalità, il-faqar u l-inġustizzja fid-dinja.
Riflessjoni
Slide 3
Sasha Vella tagħtina eżempju tajjeb ta’ kif nistgħu nużaw l-influwenza tagħna biex nagħmlu dinja aħjar u nħeġġu lil ħaddieħor biex jagħmel dan ukoll.
Wara li għaddiet minn operazzjoni abdominali serja, Sasha Vella rrealizzat kemm hi prezzjuża l-ħajja u dan taha l-enerġija u l-motivazzjoni biex tagħmel lobbying favur l-ambjent. Għalhekk organizzat protesta paċifika kontra t-tneħħija u t-trapjant ta’ mijiet ta’ siġar.
Slide 4
Sasha Vella tgħallimna kif għandna nieħdu azzjoni biex inġibu l-paċi fid-dinja.
Slide 5
Video (optional)
Persuni li użaw it-talenti tagħhom biex jagħmlu dinja aħjar.
Slide 6
Talba
Marija Ommna,
Għinna ngħixu bi skop ħalli naqdu lill-oħrajn u nimxu id f’id mal-pjan ta’ Alla għal ħajjitna. Għinna inġibu l-paċi, il-ġustizzja u l-ferħ lil kull persuna li niltaqgħu magħha f’ħajjitna. Ammen.
Riżorsi oħra

Dawn il-persuni jgħallmuna kif għandna nieħdu azzjoni biex inġibu l-paċi fid-dinja.
Talba
Slide 7