English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Talent huwa rigal jew abbilità speċjali li tagħmel xi ħaġa bħal meta tkun taf iddoqq xi strument mużikali, tkanta, tipprattika xi sport, jew tpinġi. Alla jagħti t-talenti lil kulħadd, u jistenna minna li nużawhom tajjeb. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

X’talent għandek? (Hawnhekk min jixtieq mit-tfal jista’ jsemmi t-talenti tiegħu.) Bħat-tifel li rajna fil-vidjow, qatt m’għandna nħallu ‘l ħadd jaqtgħalna qalbna meta nkunu qed nużaw it-talent tagħna. Il-perseveranza ta’ dan it-tifel li rnexxielu jemmen fih innifsu, wassal biex l-għalliem jistaqsieh biex jgħallmu l-passi taż-żfin. Huwa r-rigal tiegħek mingħand Alla u meta tużah tkun qed tagħtih lura lil Alla. It-talenti tagħna jagħmluna uniċi, u għalhekk ejjew nużawhom tajjeb, biex ngħinu lil ħaddieħor u nibnu dinja aħjar.

Talba

Mulej, nirringrazzjawk tat-talenti li tajtna. Għinna biex nagħrfu nużawhom tajjeb, ħalli b’hekk ninkoraġġixxu u nagħtu sapport lill-oħrajn.

Ipprintja l-paġna

English