English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Qatt ħsibt kif tfal oħra madwar id-dinja se jqattgħu l-ġurnata tal-iskola tagħhom? Dalgħodu se nibdew il-ġurnata billi naraw kif il-ħbieb tagħna Tuli li tgħix il-Bangladesh u Josh li jgħix l-Ingilterra ser iqattgħu l-ġurnata tal-iskola tagħhom.

Ara

Stieden lill-istudenti sabiex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

F’dan il-filmat rajna kif tfal madwar id-dinja jagħmlu xi affarijiet li huma l-istess. Xi ħaġa komuni li tfal kollha jieħdu gost jagħmlu hija li jilagħbu. Fl-20 ta’ Novembru ser niċċelebraw il- ‘Jum Dinji tat-Tfal’. Fil-Bangladesh Tuli tilgħab it-Tuktuk, Josh jilgħab din l-istess logħba iżda fl-Ingilterra jisimha Hopscotch u t-tfal Maltin jilagħbu l-istess logħba li nafuha bħala l-Passju. Il-logħob huwa sabiħ iżda meta nuru rispett lejn xulxin waqt il-logħob, il-logħob ma jkunx biss ħin sabiħ iżda wkoll ħin li fih nikbru kuntenti flimkien.

Talba

Missier li inti fis-smewwiet, nirringrazzjawk għat-tfal kollha ta’ madwar id-dinja u għall-ħin tal-logħob. Ħu ħsieb lil dawk it-tfal li qed ibatu minħabba l-faqar. Nitolbuk biex it-tfal kollha jsibu minn iħobbhom u jirrispettahom.

Idea Addizzjonali

L-assembly tista tispiċċa b’din id-diska:

English

« Back to Year Theme