English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Żgur li smajna bil-kelma paċi. Xi tfisser il-kelma ‘paċi’? B’liema modi nista’ ngħix fil-paċi? (Xi tfal jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom). Ejjew naraw dan il-video:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna l-paċi nistgħu ngħixuha b’modi differenti bħal meta nsibu ftit ħin għall-kwiet waħedna, nagħmlu ftit ħin mal-ħbieb u l-familja, naqraw u niskopru dwar il-paċi u nqattgħu ftit ħin fin-natura, eż. ħdejn il-baħar jew f’xi ġnien. Irridu nkunu aħna, kull wieħed u waħda minna, li naħdmu għaliha. Il-paċi narawha f’dawk in-nies li jkunu dejjem ferħanin, jiġri x’jiġri fil-ħajja. Jekk nitgħallmu ngħixu l-paċi b’dawn il-ħafna modi sempliċi, nkunu qed nagħtu l-paċi lill-oħrajn u ningħaqdu iktar flimkien.

Talba

Nitolbuk Mulej tkompli ssaħħaħ il-paċi fl-iskola tagħna, fil-familji, f’Malta u Għawdex u fid-dinja kollha biex ilkoll flimkien nibnu dinja ta’ mħabba. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English