Merħba
Il-Kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti billi jgħid l-għodwa t-tajba. Jista’ jibda bis-sinjal tas-salib jew minuta fis-skiet.
Introduzzjoni
Slide 2
Qatt kont fuq ajruplan? L-istruzzjonijiet tas-sigurtà jwissu lil kull passiġġier li l-ewwel irid jilbes il-maskra tal-ossiġnu tiegħu qabel ma jkun jista’ jgħin passiġġieri oħra. Dan jgħallimna li biex tħobb lil ħaddieħor irridu l-ewwel nitgħallmu nieħdu ħsieb tagħna nfusna.
Riflessjoni
Slide 3
Li tieħu ħsieb tiegħek innifsek ma jfissirx li tkun egoist u taħseb biss fik innifsek. Ifisser li tieħu ħsieb is-saħħa fiżika, emozzjonali, intellettwali u spiritwali tiegħek sabiex tkun tista’ tibni relazzjonijiet tajbin mal-oħrajn.
Meta taċċetta d-dehra fiżika tiegħek u tapprezza l-kwalitajiet sbieħ li għandek, ikun faċli li taċċetta u tirrispetta d-dehra u l-kwalitajiet tajbin ta’ ħaddieħor mingħajr ma tgħir.
Huwa wkoll importanti li taċċetta d-difetti tiegħek mingħajr ma tkun aħrax miegħek innifsek. Meta tkun paċenzjuż miegħek innifsek, se tasal ukoll li tagħder il-limitazzjonijiet ta’ ħaddieħor u taħfer faċilment l-iżbalji tal-oħrajn .
Meta jkollok esperjenzi diffiċli fil-ħajja, ikollok bżonn min jifhmek. Għalhekk importanti li taqsam l-esperjenzi ta’ ħajtek ma’ nies li jistgħu jgħinuk bħall-għalliema, counsellors u counsellors reliġjużi. Dawn in-nies jgħinuk tesprimi l-emozzjonijiet tiegħek b’mod pożittiv u tibni reżiljenza ħalli tiffaċċja l-ħajja mingħajr bil-kuraġġ. Dan jgħinek biex inti wkoll tifhem iċ-ċirkustanzi ta’ ħaddieħor u turi mħabba, empatija u solidarjeta’ma’ ħaddieħor.
Slide 4
Lynn Aquilina tbati bil-kundizzjoni magħrufa bħala Cerebral Palsy. Minkejja t-tbatija li tikkawża din il-kundizzjoni Lynn għarfet taċċetta lilha nnifisha kif inhi u tiddedika ħajjitha biex tgħin lil ħaddieħor u ġġib il-paċi.
Ejjew naraw dan il-filmat (optional)
Slide 5
Talba
Slide 6
O Alla,
Il-paċi vera tibda mill-qalb ta’ kull persuna.
Għinna nitgħallmu nirrispettaw u nieħdu ħsieb tagħna nfusna biex nagħmlu l-istess mal-oħrajn. Għinna nkunu persuni ta’ maħfra u kompassjoni. Ammen.