English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-esperjenza tal-pandemija ġabitna iktar wiċċ imb’wiċċ mar-realtà ta’ x’jikkawża l-mard u x’inhuma l-konsegwenzi ta’ meta nkunu ma nifilħux. Ġieli mort iżżur lil xi ħadd l-isptar? Aħseb ftit kif ħassejtek filwaqt li tara jew tisma’ din il-konverżazzjoni bejn żewġt iħbieb:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Hu faċli ħafna li nkunu ma nifilħux u jkollna bżonn min idur bina u min jgħinna. Ħafna drabi dawn ikunu l-iktar nies qrib tagħna. Illum ejjew niftakru fil-morda, b’mod speċjali f’dawk li qed iqattgħu ħafna ħin waħedhom u forsi jħossuhom xi ftit imdejqin. Nisimgħu b’ħafna nies magħrufin li f’ħajjithom kienu jieħdu ħsieb u jżuru l-morda. Għandna nħossuna kuntenti li ngħinu jew immorru naraw lil xi ħadd marid.

Talba

Alla ħanin, bierek il-morda kollha, naqqsilhom l-uġigħ u agħtihom saħħithom lura. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English