English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

 Fil-waqt li l-eżerċizzju u ikel bnin jgħinu lill-ġisimna jżomm b’ saħħtu, li nitkellmu u nesprimu dak li nħossu jgħin lil moħħna jżomm f’saħħtu, għaliex is-saħħa mentali hija importanti daqs dik tal-ġisem. Ejja nagħtu ħarsa lejn dan il-vidjo.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Meta xi ħadd jikser idejh jew saqajh, ngħinhom għaliex nistgħu naraw sew li huma mweġġa’ iżda s-saħħa tal-moħħ ma nistgħux narawha u għalhekk huwa impoartani li nisimgħu. Meta noħolqu ambjent fil-klassi sigur iżda komdu u miftuħ sabiex wieħed jitkellem, inkunu qegħdin ngħinu lil dawk li ma jħossuhomx tajjeb u jixtiequ lil xi ħadd jgħinhom. Huwa importanti li dejjem ngħidu lill-għalliema tagħna jekk nkunu ftit mħassba fuq xi ħadd, sabiex inkunu nistgħu nsibu professjonisti li jgħinuh aħjar.

Talba

Għażiż Alla, għinna noħolqu ambjent sigur fil-klassi tagħna, ambjent miftuħ fejn wieħed jistà jitkellem u jiġi mismugħ u jfittex għajnuna fejn jkollu bżonn. Ammen

Ipprintja l-paġna

English