Author: admin

Spazji ta’ talb għar-Randan 2021

For students

This is not just a craft activity or a topic-based lesson like any other.  This is a moment of inner expression revealed also in the drawings, write-ups and crafts.  When setting up, leading and living these prayer spaces one is to remind oneself that the primary aims are to provoke reflective thinking and dialogue between the person and God.  The theme of these prayer spaces is related to Lent…

Kompli aqra »

Ħidma volontarji fid-Dar tal-Providenza

Iċ-Chaplaincy team flimkien ma’ grupp ta’ studenti minn Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, wettqu xogħol volontarju fid-Dar tal-Providenza kif ukoll taw għotja ta’ €400. Prosit tal-ġenerożità li wrew dawn l-istudenti biex ikomplu jwasslu l-imħabba tagħhom speċjalment ma’ min hu l-aktar fit-tarf fis-soċjetà tagħna.

     Kompli aqra »

Min kien San Nikola? Iwieġbu t-tfal tal-iskola primarja St Venera.

L-istudenti tal-year 5.1 fl-iskola primarja ta’ Santa Venera parti mill-kulleġġ Santa Tereza mexxew l-assembly tal-iskola u għamluh fuq San Nikola, Huma prezentaw id-diversi aspetti tal-ħajja tiegħu permezz tal-oġġetti li naraw fl-arti.

Tifsira dwar il-Baklu u l-Mitra   Tifsira tal-Vapur Tifsira taż-żarbun   Tifsira tal-blalen tad-deheb … Kompli aqra »

Laqgħa b’differenza fl-Oratorju Marija Immakulata, Mosta #prayerspaces

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019, żewġ gruppi ta’ tfajliet minn Form 2 sa Form 4 li jattendu l-Oratorju Marija Immakulata Mosta, kellhom laqgħa ta’ talb u riflessjoni b’differenza.

Permezz tad-diversi prayer spaces li kien hemm armati u li kienu mibnija fuq il-Kelma t’Alla, grupp minnhom setgħu jaqraw il-Bibbja u jaraw kif japplikawha għalihom infushom. Raw kif il-Kelma t’Alla tista’ tkun mezz ta’ eżami ta’ kuxjenzja, tista’ tiggwidhom fil-ħajja tagħhom, tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet importanti kif ukoll permezz tagħha jaraw il-ħiliet tagħhom…

Kompli aqra »

Prayer Spaces waqt il-Festa tat-Tfal fil-Manikata

Din is-sena l-kappillan tal-Manikata Fr Denis Schembri stedinna biex norganiżżaw Festa tat-tfal parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Ġużepp, il-Manikata. Din il-festa saret fil-21 ta’ awwissu 2019. Din organiżżajnieha barra fuq iz-zuntier tal-Knisja. Wara li smajna l-quddies, it-tfal kellhom imħejjija xi prayer stations. Waħda minnhom kienet “id-dinja Pajjiżna” bil-mappa tad-dinja, it-tfal preżenti riedu jixgħelu xemgħa u jitolbu għat-tfal fil-pajjiżi li jagħżlu u jpoġġu x-xemgħa fuq il-pajjiż.      Station ieħor kien ‘It-Tribu tal-Masaai”, fejn it-tfal raw vidjow dwar tifla mit-tribu tal-Masaai, setgħu jaraw l-ambjent li jgħixu dawn in-nies u anki l-kultura tagħhom, tajna informazzjoni mhux biss dwar dan it-tribu imma ukoll dwar l-artijiet tal-missjoni… Kompli aqra »

Prayer Spaces at Tereża Nuzzo school, Marsa

Din kienet esperjenza li kabbret lili kif ukoll lil kull min ħa din l-esperjenza bis-serjeta, fir-relazzjoni ma’ Alla.

Tfal jitolbu fis-skiet

X’ ferħ ħassejt meta tara l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-istaff. ALLA jipprovdi! Dan huwa kliem ta’ veru, għax waqt li kont qed nippjana 20 stazzjon b’attivitajiet varji, għall-etajiet ta’ bejn 5 sa 10 snin, bdejt inħoss li l-ikbar problema se tkun tan-nies li ħa jmexxu t-tfal f’din il-mixja…

Kompli aqra »

“Tibżgħux tkunu dak li intom”

Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha.   Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-ġodda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulleġġ tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulleġġ ta’ San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Alwiġi…

Kompli aqra »