Spazji ta’ talb għar-Randan 2021
For students
For students
Iċ-Chaplaincy team flimkien ma’ grupp ta’ studenti minn Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, wettqu xogħol volontarju fid-Dar tal-Providenza kif ukoll taw għotja ta’ €400. Prosit tal-ġenerożità li wrew dawn l-istudenti biex ikomplu jwasslu l-imħabba tagħhom speċjalment ma’ min hu l-aktar fit-tarf fis-soċjetà tagħna.
L-istudenti tal-year 5.1 fl-iskola primarja ta’ Santa Venera parti mill-kulleġġ Santa Tereza mexxew l-assembly tal-iskola u għamluh fuq San Nikola, Huma prezentaw id-diversi aspetti tal-ħajja tiegħu permezz tal-oġġetti li naraw fl-arti.
Tifsira dwar il-Baklu u l-Mitra Tifsira tal-Vapur Tifsira taż-żarbun Tifsira tal-blalen tad-deheb … Kompli aqra »
Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019, żewġ gruppi ta’ tfajliet minn Form 2 sa Form 4 li jattendu l-Oratorju Marija Immakulata Mosta, kellhom laqgħa ta’ talb u riflessjoni b’differenza.
Permezz tad-diversi prayer spaces li kien hemm armati u li kienu mibnija fuq il-Kelma t’Alla, grupp minnhom setgħu jaqraw il-Bibbja u jaraw kif japplikawha għalihom infushom. Raw kif il-Kelma t’Alla tista’ tkun mezz ta’ eżami ta’ kuxjenzja, tista’ tiggwidhom fil-ħajja tagħhom, tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet importanti kif ukoll permezz tagħha jaraw il-ħiliet tagħhom…
Din is-sena l-kappillan tal-Manikata Fr Denis Schembri stedinna biex norganiżżaw Festa tat-tfal parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Ġużepp, il-Manikata. Din il-festa saret fil-21 ta’ awwissu 2019. Din organiżżajnieha barra fuq iz-zuntier tal-Knisja. Wara li smajna l-quddies, it-tfal kellhom imħejjija xi prayer stations. Waħda minnhom kienet “id-dinja Pajjiżna” bil-mappa tad-dinja, it-tfal preżenti riedu jixgħelu xemgħa u jitolbu għat-tfal fil-pajjiżi li jagħżlu u jpoġġu x-xemgħa fuq il-pajjiż. Station ieħor kien ‘It-Tribu tal-Masaai”, fejn it-tfal raw vidjow dwar tifla mit-tribu tal-Masaai, setgħu jaraw l-ambjent li jgħixu dawn in-nies u anki l-kultura tagħhom, tajna informazzjoni mhux biss dwar dan it-tribu imma ukoll dwar l-artijiet tal-missjoni… Kompli aqra »
Din kienet esperjenza li kabbret lili kif ukoll lil kull min ħa din l-esperjenza bis-serjeta, fir-relazzjoni ma’ Alla.
X’ ferħ ħassejt meta tara l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-istaff. ALLA jipprovdi! Dan huwa kliem ta’ veru, għax waqt li kont qed nippjana 20 stazzjon b’attivitajiet varji, għall-etajiet ta’ bejn 5 sa 10 snin, bdejt inħoss li l-ikbar problema se tkun tan-nies li ħa jmexxu t-tfal f’din il-mixja…
Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha. Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-ġodda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulleġġ tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulleġġ ta’ San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Alwiġi…