English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Matul din il-ġimgħa tal-Avvent ser naħsbu dwar l-Imħabba.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif qalulna dawn it-tfal f’dan il-vidjo li għadna kif rajna, meta tħobb lil xi ħadd turih ukoll billi tkun qalbek tajba u turih ħlewwa. Meta nħobbu lil ħaddieħor nieħdu ħsiebhom, nirrispettawhom u ngħinuhom. Speċjalment matul dan iż-żmien nibdew naħsbu fir-rigali li nkunu nixtiequ nagħtu lil dawk li nħobbu. Alla jħobbna immens u hu wkoll ħaseb biex jagħtina rigal. Ir-rigal tiegħu għalina hija l-imħabba tiegħu għal kulħadd. Tista’ żżid dan li ġej skont l-udjenza tiegħek – Tant iħobbna li bagħat lil Ġesù biex jurina kemm iħobbna.

Talba

O Alla, nixtiequ nirringrazzjawk għal din il-ġurnata. Matul dan iż-żmien tal-Avvent, nixtiequ nirringrazzjawk talli tajtna nies li jħobbuna, iżda fuq kollox nixtiequ nirringrazzjawk talli tħobbna ħafna. (tant li tajtna lil Ibnek Ġesù biex jurina kif xi darba niġu fil-Ġenna ħdejk u fejn dawk li konna nħobbu u mietu qabilna.) Għinna nirrispettaw u nħobbu lil ħaddieħor bħalma tirrispettana u tħobbna int. Ammen.

Idea Addizzjonali

Mod ieħor kif tista’ tagħlaq dan il-ħin ta’ talb huwa permezz ta’ din id-diska. Tista’ tħeġġeġ lit-tfal biex min jixtieq u jista’ jsegwi l-movimenti li qed jagħmlu l-kantanti.

English

« Back to Year Theme