Monthly Archives: Diċembru 2023

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Missjoni Tagħna – sessjoni

Presentation Introduzzjoni

Missjoni tfisser li wieħed juża kemm jiflaħ l-kapaċitajiet tiegħu  biex jagħmel lil ħaddieħor ferħan.

Riflessjoni

Aħna lkoll mistiedna nkunu studenti  responsabbli u ġenerużi u ngħinu bil-modi kollha possibli. Din hija l-missjoni bħala tfal żgħar. Nirriflettu fuq ix-xewqat u l-ħolm tagħna, u nilħqu l-għanijiet tagħna billi nagħmlu dak li l-edukaturi jitolbu minna, b’attenzjoni. Huwa ferm importanti li nieħdu ħsieb tagħna nfusna…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bi Gratitudni – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Kulħadd jieħu pjaċir jiġi apprezzat, u meta xi ħadd jinduna  bl-azzjoni tajba ta’ xi ħadd u jgħid ‘Grazzi’, dak li jkun għamel l-azzjoni  jifraħ. Huwa importanti li nużaw il-kelma maġika ‘Grazzi’ kuljum.

Riflessjoni

Meta kienet l-aħħar darba li xi ħadd wriek apprezzament? Dik hija l-manjiera/emozzjoni li wera lejk għal dak li għamilt għalih. Kif ħassejtek? (Agħti ħin lit-tfal biex jagħtu t-tweġibiet)…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Missjoni Tagħna

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti u jgħidilhom “Bonġu”. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Missjoni hija biċċa xogħol importanti li trid titwettaq minn grupp ta’ nies. Fl-iskola tagħna din il-biċċa xogħol trid issir minn kull wieħed u waħda minna. Dawn il-biċċiet xogħol jinkludu:  li nagħmlu qalb lil xulxin; li nobdu lill-għalliema tagħna, ninkuraġġixxu u ngħinu lil xulxin, inkunu grati lejn min igħinna, u ħafna iżjed…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bħal Aħwa – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Meta ngħixu bħal aħwa niżviluppaw l-kapaċitajiet tagħna biex nagħmlu ħwejjeġ sbieħ lil xulxin.

Riflessjoni

Meta naċċettaw lil xulxin bħal aħwa, il-ħajja tagħna ssir aktar trankwilla u divertenti. Aħna lkoll speċjali u uniċi, u huwa essenzjali li naqsmu dak li jagħmilna uniċi, bħat-talenti tagħna, għax b’ hekk noħolqu armonija sabiħa ħafna bejnietna.

Attività

Imħabba tal-Qalb

(Tagħmir – oġġetti differenti fil-klassi, bord interattiv, bord abjad, jew karta lixxa)

Ifforma qalb kbira b’kull tip ta’ oġġetti li ssib fil-klassi, eżempju ċagħaq, blokki tal-Lego, blokki tal-injam, biċċiet ta’ karti, pinen, jew lapsijiet, u masking tape…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bi Gratitudni

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fi żmien il-Għid. Għaliex niċċelebraw l-Għid? Il-festa tal-Għid hija turija tal-akbar imħabba t’Alla għalina. Wara li miet fuq is-salib, Ġesù reġa’ qam. Ġesù huwa Ħaj! Din hi r-raġuni għaliex kulħadd jiċċelebra l-Għid. Ejjew nkantaw u niżfnu ferħanin flimkien…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tar-Rikonċiljazzjoni

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Kulħadd jaf li hemm xi kliem li jkollhom seħer. Tafu liema huma? (It-tfal jiġihom f’moħħhom ‘Jekk jogħġbok’, ‘Jiddispjaċini’, u ‘Grazzi’.) Iva, dawn huma l-kliem maġiċi. Illum ser inkunu nagħmlu enfasi fuq il-kelma ‘Jiddispjaċini’. Dan ifisser illi meta nużawha, nindunaw li għamilna xi ħaġa ħażina u li qed inwegħdu li ma nerġgħux nagħmlu din il-ħaġa ħażina…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba bħal Aħwa

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Hija ħaġa sabiħa li tkun ħabib ma kulħadd. Fil-familji tagħna hemm aħwa, ommijiet, missirijiet, zjiet u nanniet. Alla għandu familja kbira. Kull persuna fid-dinja tagħmel parti minn din il-familja tassew. Ejjew nkantaw flimkien:

Għanja

Ejjew nkantaw flimkien:

Talba

O Alla, grazzi talli tajtni aħwa biex naqsmu ħajjitna magħhom…

Kompli aqra »